
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


EkoSkola
Xi tfisser EkoSkola?
L-EkoSkola hu programm internazzjonali li jippromwovi l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli. Dan il-programm jigwida l-iskejjel sabiex iħeġġu t-tagħlim lejn ħarsien ambjentali, filwaqt li jipprovdi qafas li japprova dawn il-prinċipji fil-qalba tal-ħajja skolastika. Dan jinkiseb ukoll billi jħeġġeġ lill-istudenti sabiex ikollhom sehem attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali fl-iskola tagħhom.
L-irwol tal-istudenti
L-għan tal-EkoSkola hu li jqajjem kuxjenza rigward ħarsien ambjentali. Permezz ta' konsultazzjoni mal-bqija tal-istudenti u l-istaff akkademiku, l-istudenti tal-kumitat jiddeċiedu liema temi ambjentali jridu jindirizzaw sabiex itejbu dawn il-fatturi fl-iskola. Din hi ħidma sħiħa li tieħu sehem fiha l-komunità skolastika kollha bil-għan li nwasslu messaġġ utli lill-komunità ta' Ħaż-Żebbuġ.
L-EkoSkola fl-iskola tagħna
L-iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ ilha għal dawn l-aħħar sentejn taħdem bis-sħiħ sabiex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja fl-iskola. Il-kumitat iffoka fuq dawn l-erba' aspetti sabiex iwettaq analiżi ambjentali: ILMA, ENERĠIJA, SKART, SAĦĦA.


Green Flag
L-iskola tagħna rebħet il-GREEN FLAG għall-ewwel darba fis-sena 2016.


L-iskola tagħna reġgħet ġeddet il-Green Flag fil-5 t'Ottubru 2018.

