
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Pjan t'Azzjoni - Enerġija
Azzjoni
Għan
Persuna Responsabbli
Żmien
Rabta mal-kurrikulu
Stħarriġ biex ninvestigaw il-konsum tal-elettriku fl-iskola.
Insiru nafu dwar l-abitudnijiet tal-konsum tal-enerġija fl-iskola.
Membri tal-Kumitat.
Frar / Marzu.
Xjenza
Studju Soċjali.
Titrawwem kampanja sabiex innaqsu l-konsum tal-enerġija.
Biex inħajru lill-istaff/studenti jillimitaw il-konsum tal-elettriku.
Il-komunità skolastika kollha.
Proċess li jibqa' għaddej matul is-sena.
Xjenza
Studju Soċjali.
Jitwaħħlu slogans b'messaġġi rigward l-ippreservar tal-enerġija ħdejn l-iswiċċes.
Inżidu l-għarfien ambjentali.
Membri tal-Kumitat.
Marzu.
Studju Soċjali.
Nissorvejlaw il-klassijiet u l-kurituri sabiex niżguraw li apparat elettriku qiegħed jintefa' meta ma jkunx qed jintuża.
Biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-preservazzjoni tal-enerġija u niżguraw li ma jkunx hemm ħela t'enerġija.
Membri tal-Kumitat.
Proċess li jibqa' għaddej matul is-sena.
Studju Soċjali.
Morning assembly: nagħmlu użu tajjeb tad-dawl!
Biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku.
Membri tal-Kumitat.
Mejju.
Xjenza
Studju Soċjali.
Nieħdu sehem attiv fl-Earth Hour.
L-iskola issir iktar konxja dwar kemm nistgħu niffrankaw enerġija f'siegħa. Insibu mezz ieħor kif inqattgħu siegħa mingħajr ma neħlu dawl u eventwalment niffrankaw iktar enerġija elettrika.
Membri tal-Kumitat.
Marzu.
Xjenza
Studju Soċjali.
Reviżjoni tal-għanijiet biex naraw jekk intlaħqux il-miri tagħna.
Evalwazzjoni tal-Programm.
Membri tal-Kumitat.
Ġunju.