top of page

Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Sena Skolastika 2013-2014
4 ta' Frar 2014
Minuti:
1. Fl-ewwel laqgħa tagħna ivvutajna internament sabiex jiġu eletti l-karigi fil-kumitat.
2. Tkellimna fuq l-irwol ta' kull kariga.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-indafa fl-iskola.
11 ta' Frar 2014
Minuti:
1. Tkellimna dwar il-ħmieġ li jkun hemm fit-tojlits.
2. Iddiskutejna li qed ikun hemm ħela t'ilma għax xi tfal iħallu l-vit miftuħ.
3. Se nagħmlu l-ewwel awditjar ambjentali dwar l-iskart u l-indafa.
4. Iddeċidejna li nqajmu kuxjenza dwar l-indafa.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Induru l-iskola biex nagħmlu l-awditjar ambjentali dwar l-iskart.
18/19 ta' Frar 2014
Minuti:
1. Għamilna l-awditjar ambjentali rigward l-iskart.
2. Staqsejna xi mistoqsijiet rilevanti lil xi membri tal-istaff sabiex nanalizzaw is-sitwazzjoni preżenti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu r-riżultat tal-awditjar ambjentali.
6 ta' Marzu 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna l-awditjar ambjentali rigward l-iskart.
2. Sibna xi aspetti pożittivi u negattivi.
3. Iddeċidejna li nibdew nieħdu xi azzjonijiet sabiex intejbu l-affarijiet li sibna negattivi.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddeċiedu dwar xi slogans li se nwaħħlu madwar il-ħitan sabiex inqajmu kuxjenza ambjentali.
10 ta' Marzu 2014
Minuti:
1. Rajna t-tpinġijiet li ppreparajna għall-islogans.
2. Iddiskutejna l-islogans li nistgħu niktbu sabiex niġbdu l-attenzjoni.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-morning assembly li se ssir fil-21 ta' Marzu.
18 ta' Marzu 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna kif se nagħmlu l-morning assembly rigward l-indafa fl-iskola.
2. Ftehmna li l-assembly se titmexxa b'dal-mod:
- Introduzzjoni mill-President;
- Membri jitkellmu wieħed wara l-ieħor dwar iċ-ċarts li għamlu huma.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naraw iċ-ċarts li se nagħmlu u nitkellmu dwar il-kontenut.
20 ta' Marzu 2014
Minuti:
1. Illum komplejna niffinalizzaw iċ-ċarts.
2. Ktibna flimkien l-introduzzjoni li se jagħmel il-President.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Sakemm nerġgħu niltaqgħu se niċċekjaw jekk dak li sibna fl-awditjar ambjentali hux qed jitranġa.
2. Fil-laqgħa li jmiss se niddiskutu x'sar s'issa sabiex intejbu s-sitwazzjoni rigward l-iskart.
2 t'April 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar kif marret il-morning assembly.
2. Iddiskutejna kif se nimmonitorjaw jekk sarx xi kambjament wara l-morning assembly.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Wara l-vaganzi tal-Għid se niddiskutu jekk l-affarijiet tjiebux.
29 t'April 2014
Minuti:
1. Tkellimna fuq l-aspetti pożittivi li qed iseħħu: għandna 6 recycled bins madwar l-iskola; l-iskart qed jiġi sseparat fil-klassijiet; xtrajna bins għal ġo kull tojlit, inkluż f'tat-tfal; il-viti qed jingħalu.
2. Iddiskutejna kif se nimmonitorjaw jekk sarx xi kambjament wara l-morning assembly.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu x'hemm bżonn naħdmu fuqu s-sena skolastika li ġejja.
13 ta' Mejju 2014
Minuti:
1. Tkellimna dwar x'hemm bżonn isir is-sena skolastika li ġejja. Dawn huma l-punti:
- Nagħmlu awditjar dwar l-ilma u l-enerġija;
- Ser tiġi organizzata morning assembly li tittratta l-importanza li nibżgħu għall-ilma;
- Ser inwaħħlu slogans ġot-tojlits sabiex niġbdu l-attenzjoni tal-istaff u tal-istudenti biex jieħdu ħsieb l-ambjent ta' madwarna.
2. Iddiskutejna kif se nimmonitorjaw jekk sarx xi kambjament wara l-morning assembly.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-punti li semmejna fil-Minuti s-sena skolastika li ġejja.
Sena Skolastika 2014-2015
1 t'Ottubru 2014
Minuti:
1. Fl-ewwel laqgħa tagħna għal dis-sena rrivedejna l-punti tal-aħħar laqgħa li kellna.
2. Se nibdew l-awditjar ambjentali dwar l-ilma u l-enerġija.
3. Tkellimna fuq l-morning assembly li se nagħmlu dwar l-importanza li nibżgħu għall-ilma.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nibdew l-awditjar ambjentali tal-enerġija.
9-10 t' Ottubru 2014
Minuti:
1. Għamilna l-awditjar ambjentali rigward l-enerġija.
2. Staqsejna xi mistoqsijiet rilevanti lil xi membri tal-istaff sabiex nanalizzaw is-sitwazzjoni preżenti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu r-riżultat tal-awditjar ambjentali.
17 t'Ottubru 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna l-awditjar ambjentali rigward l-enerġija.
2. Sibna xi aspetti pożittivi u negattivi.
3. Iddeċidejna li nibdew nieħdu xi azzjonijiet sabiex intejbu l-affarijiet li sibna negattivi.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-islogans li se nwaħħlu madwar il-ħitan sabiex infakkru lil kulħadd li m'għandniex neħlu elettriku.
24 t'Ottubru 2014
Minuti:
1. Ftehmna dwar l-islogans li ridna niktbu mat-tpinġijiet tal-iswiċċ u ktibnihom flimkien.
2.Morna nwaħħluhom mal-ħitan.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nibdew l-awditjar ambjentali dwar l-ilma.
7 ta' Novembru 2014
Minuti:
1. Għamilna l-awditjar ambjentali rigward l-ilma.
2. Staqsejna xi mistoqsijiet rilevanti lil xi membri tal-istaff sabiex nanalizzaw is-sitwazzjoni preżenti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu r-riżultat tal-awditjar ambjentali.
14 ta' Novembru 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna l-awditjar ambjentali rigward l-ilma.
2. Sibna xi aspetti pożittivi u negattivi.
3. Iddeċidejna li nibdew nieħdu xi azzjonijiet sabiex nirranġaw l-aspetti negattivi.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar il-bżonn li nagħmlu morning assembly rigward il-konservazzjoni tal-ilma.
21 ta' Novembru 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna t-temi li se nittrattaw waqt il-morning assembly rigward l-ilma.
2. Ftehmna li l-assembly se titmexxa b'dal-mod:
- Introduzzjoni mill-President;
- Membri jitkellmu wieħed wara l-ieħor dwar iċ-ċarts li għamlu huma.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nanalizzaw il-kontenut taċ-ċarts li se nagħmlu.
28 ta' Novembru 2014
Minuti:
1. Illum komplejna niffinalizzaw il-kontenut taċ-ċarts li l-istudenti għamlu d-dar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Sakemm nerġgħu niltaqgħu se nieħdu ħsieb li l-viti lil kellhom il-ħsara ġewx mibdulin.
2. Fil-laqgħa li jmiss se niddiskutu dwar kif morna fil-morning assembly.
5 ta' Diċembru 2014
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar kif marret il-morning assembly.
2. Iddiskutejna dwar il-viti li bdew jinbidlu u min se jkun responsabbli li jiċċekja jekk l-affarijiet tjiebux wara l-morning assembly.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se nimmonitorjaw jekk l-affarijiet bdewx jitjiebu.
12 ta' Diċembru 2014
Minuti:
1. Tkellimna fuq l-aspetti pożittivi li qed iseħħu: qed insibu iktar tfal jieħdu ħsieb li jgħalqu l-viti sew; tfal li mhux membri fil-kumitat qed jiġu jinfurmawna meta jkun hemm xi vit iqattar jew xi ħaġ'oħra li mhix tajba.
2. Iddiskutejna kif se nimmonitorjaw jekk sarx xi kambjament wara l-morning assembly: xi tfal se jieħdu ħsieb jiċċekjaw il-viti tal-ilma ta' spiss.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naġġornaw għal-laqgħa li jmiss.
15 ta' Jannar 2015
Minuti:
1. Tkellimna fuq affarijiet varji: jekk hux qed iħossu li dak li qed naħdmu fuqu hux qed iħalli l-frott fl-iskola.
2. Qbilna li l-affarijiet qed jinbidlu għall-aħjar minn mindu bdejna naħdmu.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-pass li jmiss.
18 ta' Frar 2015
Minuti:
1. Iltaqgħu l-istudenti li kienu se jattendu għall-awditjar fir-residenza tal-anzjani f'San Vincenz de Paul.
2. Iddiskutejna ċ-checklists li rċivejna u spjegajnihom ħalli l-għada f'San Vincenz l-istudenti ma jsibuhiex diffiċli jwettqu l-awditjar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-awditjar li sar f'San Vincenz.
6 ta' Marzu 2015
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar l-awditjar li wettqu l-istudenti tas-sitt sena f'San Vincenz de Paul: l-istudenti qasmu l-esperjenza mal-kumplament tal-kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nanalizzaw ċ-checklists.
20 ta' Marzu 2015
Minuti:
1. Peress li fid-29 t'April se jattendu studenti oħra biex jippreżentaw il-Pjan t'Azzjoni imfassal fuq ir-riżultat tal-Awditjar Ambjentali li sar f'San Vincenz, iltqajna sabiex naqraw iċ-checklists sabiex l-istudenti jibdew jippreparaw rwieħhom.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nippreparaw Pjan t'Azzjoni.
15 t'April 2015
Minuti:
1. Għamilna Pjan t'Azzjoni bħala eżerċizzju sabiex l-istudenti li se jattendu għall-preżentazzjoni tal-Pjan t'Azzjoni, ikunu jistgħu jifhmu iktar l-irwol li se jkollhom.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu il-Pjan t'Azzjoni li saret f'San Vincenz li se nirċievu b'imejl.
22 t'April 2015
Minuti:
1. Rajna l-Pjan t'Azzjoni li rċevejna rigward l-awditjar f'San Vincenz.
2. Iddiskutejna dak li kien hemm miktub ħalli nerġgħu nibagħtuha email sabiex il-Pjan t'Azzjoni jiġi mressaq fid-29 t'April.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nibdew niddiskutu it-tema Eradicate extreme poverty and hunger.
3 ta' Novembru 2015
Minuti:
1. Rajna l-informazzjoni li sabu l-membri mill-internet.
2. Ms. Claire u Ms. Carmen qagħdu jaraw l-informazzjoni u tawna xi ideat dwar x'nistgħu nżidu aktar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. L-istudenti se jaqraw l-informazzjoni li sabu bil-Malti.
2. Niddiskutu dwar x'nistgħu nagħmlu aħna biex innaqqsu l-faqar fid-dinja.
11 ta' Novembru 2015
Minuti:
1. L-istudenti qraw l-informazzjoni li sabu bil-Malti.
2. Iddiskutejna dwar x'nistgħu nagħmlu aħna biex innaqqsu l-faqar fid-dinja.
3. Tkellimna dwar l-informazzjoni li nistgħu nżidu biex nitkellmu dwaru fic-Chogm.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niġbru l-informazzjoni u nagħmlu ċart flimkien.
17 ta' Novembru 2015
Minuti:
1. Ġbarna l-informazzjoni fil-qosor sabiex għamilna ċart flimkien.
2. Ħdimna bħala tim u kulħadd ta sehmu biex nagħmlu c-ċart.
3. Għamilna s-sentenzi u l-istampi fuq ic-ċart ħalli naraw kif se jiġu u waħħalna kollox bil-kolla.
4. Waħħalniha fuq il-bord tal-EkoSkola sabiex jarawha l-istudenti kollha u l-istaff.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niltaqgħu biex niddiskutu dwar kif mar ic-Chogm.
1 ta' Diċembru 2015
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar l-aspetti li ġew diskussi waqt ic-Chogm. L-istudenti li attendew qasmu l-esperjenza tagħhom mal-kumplament tal-kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niibdew naħsbu għall-awditjar ambjentali dwar is-saħħa.
16 ta' Jannar 2016
Minuti:
1. Bdejna l-awditjar ambjentali rigward is-saħħa fit-3 u r-4 sena.
2. Staqsejna xi mistoqsijiet lill-istudenti u għidnielhom biex jirrispondu billi jgħollu jdejhom. Immarkajna r-risposti fuq iċ-checklist.
3. Ms. Vanessa ħadet ir-ritratti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Inkomplu tal-awditjar ambjentali fil-5 u s-6 sena.
26 ta' Jannar 2016
Minuti:
1. Komplejna l-awditjar ambjentali rigward is-saħħa fil-5 u s-6 sena.
2. Staqsejna xi mistoqsijiet lill-istudenti u għidnielhom biex jirrispondu billi jgħollu jdejhom. Immarkajna r-risposti fuq iċ-checklist.
3. Ms. Vanessa ħadet ir-ritratti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu r-riżultat tal-awditjar ambjentali.
16 ta' Frar 2016
Minuti:
1. Rajna r-riżultati, bdejna nanalizzawhom u bdejna ngħodduhom.
2. Sibna ħafna aspetti pożittivi u kważi xejn negattiv.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar il-bżonn biex nirranġaw l-aspetti negattivi.
23 ta' Frar 2016
Minuti:
1. Iddiskutejna l-aspetti li rridu nieħdu azzjoni fuqhom.
2. Iddeċidejna li l-ikel tal-festin tal-Milied tas-sena skolastika li ġejja jrid ikun ikel tajjeb għas-saħħa.
3. Iddeċidejna li jsir stħarriġ fost l-istudenti biex naraw liem hu l-ikel favorit tagħhom.
3. Irridu niddiskutuha mal-Kunsill tal-Iskola (PTA) fil-laqgħa li se ssir fil-21 ta' Marzu.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu l-Earth Hour.
8 ta' Marzu 2016
Minuti:
1. Iltqajna biex niddiskutu dwar l-Earth Hour u l-proċess ta' kif se tiżvolġi l-attività.
2. Ħin: 12:45-13:45.
3. Ninfurmaw lill-istaff permezz ta' imejl.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu il-laqgħa li se jkollna mal-membri tal-Kunsill tal-Iskola (PTA).
15 ta' Marzu 2016
Minuti:
1. Rajna l-powerpoint li ppreparat Ms. Claire (li se sservi bħala gwida) għall-meeting li se jkollna mal-membri tal-Kunsill tal-Iskola sabiex ninfurmawhom dwar il-ħidma tagħna.
2. Qassamna l-powerpoint f'sezzjonijiet sabiex il-membri kollha tal-kumitat ikollhom parti x'jitkellmu dwarha.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nippruvaw il-presentazzjoni tagħna qabel il-laqgħa li se jkollna mal-membri tal-Kunsill tal-Iskola.
17 ta' Marzu 2016
Minuti:
1. Kulħadd kellu l-opportunità li jiddiskuti dwar dak li se jitkellem dwaru fil-meeting li se jkollna nhar it-Tnejn li ġej mal membri tal-Kunsill tal-Iskola.
2. Ms. Claire u Ms. Carmen taw xi ideat lill-istudenti sabiex iħeġġuhom jitkellmu aktar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se nippreparaw rwieħna sabiex naraw ix-xogħol kollu li għamilna qabel nissottomettu l-applikazzjoni tal-green flag għall-ewwel darba.
30 t'April 2015
Minuti:
1. Nibdew niddiskutu it-tema Eradicate extreme poverty and hunger għas-samit li se nattendu u nieħdu sehem attiv fih (Young People’s Environmental Summit).
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-informazzjoni li se nkunu sibna mill-internet id-dar.
5 ta' Mejju 2015
Minuti:
1. Niddiskutu l-informazzjoni li sibna u nagħmlu xi notamenti bil-Malti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naqraw l-informazzjoni ħalli nkunu ippreparati għas-samit.
6 ta' Mejju 2015
Minuti:
1. Naqraw l-informazzjoni li ppreparajna u noħolqu diskussjoni bejnietna.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nippreparaw għall-parlament.
13 ta' Mejju 2015
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il-faqar fid-dinja u x’għandhom jagħmlu l-pajjiżi sviluppati sabiex jgħinu lill-pajjiżi tat-tielet dinja joħorġu mill-faqar li jinsabu fih.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nippreparaw il-qari.
20 ta' Mejju 2015
Minuti:
1. L-istudenti ftehmu dwar is-sekwenza ta' kif se jaqraw d-dikjarazzjoni fil-parlament.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naġġornaw għas-sena d-dieħla.
Sena Skolastika 2015-2016
20 t'Ottubru 2015
Minuti:
1. Spjegazzjoni tac-Chogm: Il-faqar fil-Pakistan.
2. Iddiskutejna dwar kif nistgħu ngħinu l-fqar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu s-sehem tagħna fic-Chogm.
27 t'Ottubru 2015
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il-faqar fid-dinja u x’għandhom jagħmlu l-pajjiżi sviluppati sabiex jgħinu lill-pajjiżi tat-tielet dinja joħorġu mill-faqar li jinsabu fih.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se nagħmlu riċerka dwar il-kawżi u l-effetti tal-faqar.
2. Se nagħmlu riċerka dwar x'jista' jsir biex jitnaqqas il-faqar fil-dinja.
5 t'April 2016
Minuti:
1. Iltqajna l-membri tar-raba' u tal-ħames sena li se nattendu sabiex s-samit dwar Climate Change sabiex niddiskutu dwar is-suġġett.
2. Ftehmna li se nfittxu informazzjoni dwar:
- What is Climate Change?
- What causes Climate Change?
- What are the effects?
- What can we do to make the situation better?
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se naraw l-informazzjoi li nkunu sibna fuq l-internet.
11 t'April 2016
Minuti:
1. Iltqajna l-membri tar-raba' u tal-ħames sena li se nattendu sabiex s-samit dwar Climate Change sabiex niddiskutu l-informazzjoni li l-istudenti sabu flimkien mal-ġenituri tagħhom.
2. L-informazzjoni inkitbet kollha bl-ingliż imma ftehmna li se nagħmluha bil-Malti u fi kliemna sabiex meta niddiskutu fis-samit inħossuna iktar kunfidenti nitkellmu dwar is-suġġett.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naqraw l-informazzjoni bil-Malti.
2. Naraw jekk nistgħux inżidu xi punti neċessarji li rridu niddiskutu dwarhom fis-samit.
Sena Skolastika 2016-2017
17 ta' Jannar 2017
Minuti:
1. Fl-ewwel laqgħa tagħna ħassejna li kellna nifhmu sew x'inhu l-irwol tal-EkoSkola peress li f'Novembru li għadda saret l-elezzjoni u ġie fformulat kumitat ġdid.
2. Iddiskutejna dwar ix-xogħol li se nwettqu bħala kumitat.
3. Dħalna għall-proġett Nieklu B'Responsabbiltà. Ħsibna li niffukaw fuq l-użu ta' prodotti Maltin:
- Dairy Products;
- Serer;
- L-għasel;
- Iż-żejt taż-Żebbuġ;
- L-għaġin;
- Ħut;
- Ħobż;
- Użu tajjeb tal-ikel li għandna: innaqsu l-ħela u naħsbu f'min f'min m'għandux x'jiekol;
- Nagħmlu compost bin.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu s-seven steps tal-EkoSkola.
24 ta' Jannar 2017
Minuti:
1. Inqara l-kwestjonarju li ħa jkun onlajn għall-ġenituri.
2. Iddiskutejna dwar il-possibiltà li nkabbru ħxejjex fil-klassijiet sabiex jittieklu mit-tfal stess..
3. Iddiskutejna l-irwol ta' kull student fil-kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-morning assembly sabiex nibdew ninfurmaw lill-membri tal-iskola dwar il-proġett.
31 ta' Jannar 2017
Minuti:
1. Iddiskutejna il-punti li għandhom joħorġu fil-morning assembly:
- Food Waste;
- Transportation;
- Fair Trade;
- L-użu ta' prodotti lokali.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskuti l-punti dwar l-erba' aspetti li ġew imsemmija fil-laqgħa tal-lum sabiex wara li l-membri jagħmlu ċ-ċarts, tkun tista' ssir il-morning assembly.
7 ta' Frar 2017
Minuti:
1. F'din il-laqgħa ftaħna t-temi li ddiskutejna dwarhom fil-laqgħa li kellna l-ġimgħa l-oħra. Ħsibna li l-aħjar hi li niffukaw fuq aspett wieħed - Prodotti Lokali - flok fuq erba' temi.
2. Qsamna it-temi taċ-ċarts li ser ikun fihom il-prodotti li se niddiskutu dwarhom waqt il-morning assembly:
- Ħaxix;
- Ħobż;
- Għasel;
- Ħut;
- Ħwawar;
- Ħalib u prodotti magħmulin mill-ħalib;
- Żebbuġ u kappar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nitkellmu dwar kif se jitqassmu iċ-ċarts ħalli kulħadd ikun jaf liem tema għandu jitratta.
14 ta' Frar 2017
Minuti:
1. Matul dil-ġimgħa xi tfal mit-tielet u r-raba' sena għamlu ċ-ċarts u llum qrawhom lill-kumplament tal-membri tal-kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nitkellmu dwar kif se jitqassmu l-kumplament taċ-ċarts fost il-membri tal-ħames u s-sitt sena.
6 ta' Marzu 2017
Minuti:
1. Illum ma komplejniex niddiskutu dwar iċ-ċarts minħabba li l-istudenti tas-sitt sena ma kinux preżenti għal laqgħa peress li kellhom ħarġa.
2. Qegħdin naħsbu li nippjanaw sabiex norganizzaw attività fejn nistiednu bejjiegħa lokali sabiex ibiegħu l-prodotti tagħhom ġol-iskola.
3. Bdejna niddiskutu l-possibiltà li norganizzaw mixja fil-pjazza tar-raħal biex inġibu n-nies tal-lokalità konxji dwar l-importanza li nagħmlu għażliet responsabbli rigward l-ikel.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Inkomplu niddiskutu dwar kif se norganizzaw din l-attività.
22 ta' Marzu 2017
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il-mistoqsijiet tal-kwestjonarju li ħa jsir bi smartsurvey.co.uk.
2. Iddiskutejna fil-qosor is-Summit We care for our future li għalih se jattendu ħames studenti mill-kumitat.
3. Qassamna lit-tfal n-noti li se jaqraw waqt is-Summit dwar it-tibdil fil-klima.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar l-attività tal-10 ta' Mejju.
4 t'April 2017
Minuti:
1. Tkellimna dwar is-Summit li attendejna għalih il-bieraħ.
2. Idduskutejna dwar il-ġurnata li se norganizzaw fuq iz-zuntier tal-knisja sabiex inqajmu għarfien fost il-komunità dwar in-necessità li nagħmlu għażliet bil-għaqal meta ngħażlu l-prodotti li nixtru għall-ikel.
3. It-tfal tal-EkoSkola ġew abbinati ma' kull klassi sabiex jitqassmu l-inviti lill kull student tal-iskola.
4. L-inviti se jitqassmu fid-djar tar-residenti Żebbugin filwaqt li se jitwaħħlu posters f'diversi ħwienet lokali. Ftehmna ukoll li nistaqsu lill-Kappillan sabiex jagħmel avviż fil-knisja.
5. Intbagħtet email iddettaljata bl-informazzjoni kollha lill-għalliema dwar l-attività tal-10 ta' Mejju.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar ir-reċta li se tittella' mill-situdenti tas-sitt sena bil-parteċipazzjoni tal-istudenti tal-ewwel u l-ħames sena.
25 t'April 2017
Minuti:
1. Qrajna r-reċta li se tittella mill-istudenti tas-sitt sena.
2. Iddiskutejna xi punti importanti li rridu li nwasslu messaġġ dwarhom lill-ġenituri.
3. Se nistiednu xi entitajiet Żebbuġin għal din l-attività.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar it-tħejjijiet tal-attività u naraw x'hemm bżonn isir iktar.
3 ta' Mejju 2017
Minuti:
1. Iffinalizzajna l-aħħar tħejjijiet tal-attività li se ssir fuq iz-zuntier.
2. Iddiskutejna xi punti importanti li kien għad fadal sabiex l-attività tkun suċċess.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar ir-riżultat tal-attività.
2. Se niddiskutu il-Pjan t'Azzjoni.
17 ta' Mejju 2017
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar is-suċċess li kellha l-attività li organizzajna fuq iz-zuntier. L-istudenti urew entużjażmu kbir huma u jesprimew ruħhom.
2. Ippjanajna flimkien il-Pjan t'Azzjoni.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nitkellmu dwar inizjattivi ġodda.
Sena Skolastika 2017-2018
18 t'Ottubru 2017
Minuti:
1. Se jibdew jiġu organizzati sezzjonijiet ta' tagħlim ma' diversi klassijiet rigward l-iproċessar u l-ippreservar ta' prodotti Maltin.
2. L-ewwel lezzjoni se ssir ma' klassi tas-Sitt sena fejn Żaru se jispjega lill-istudenti dwar kif nipproċessaw iż-Żebbuġ.
3. L-istudenti se jkollhom hands-on experience fejn se jieħdu sehem attiv fil-proċess kollu.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu r-riżultati tal-kwestjonarju.
16 ta' Novembru 2017
Minuti:
1. Illum rajna flimkien ir-riżultat tal-kwestjonarju li mlew il-ġenituri.
2. Eżaminajna l-elementi pożittivi u negattivi li ħarġu mill-kwestjonarju.
3. Iddiskutejna ftit dwar l-attivitjiet li għamilna rigward il-proġett Nieklu b'Responsabbiltà.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar ir-riċetti li se jsiru mill-istudenti tal-kumitat.
29 ta' Novembru 2017
Minuti:
1. Iddistukejna dwar ir-riċetti li ser ninkludu fil-ktieb li se nippruvaw inbigħu f'Jum iċ-Ċelebrazzjoni.
2. Iddiskutejna dwar ir-riċetti li se jagħmlu l-istudenti tal-kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu l-Pjan tAzzjoni.
14 ta' Diċembru 2017
Minuti:
1. F'Jannar l-istudenti tal-kumitat sejrin l-EcoFarm tal-Imġarr.
2. Iddiskutejna dwar x'se naraw u nagħmlu bħala attivitajiet matul il-ħarġa.
3. Iddiskutejna dwar il-Pjan t'Azzjoni biex naraw jekk hux qed nimxu mal-punti li ftehmna dwarhom.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar xi aspetti tal-ħarġa li għandna l-membri tal-kumitat.
11 ta' Jannar 2018
Minuti:
1. Ser immorru l-Eco Farm fis-17 ta' Jannar. Iddiskutejna dwar il-ħxejjex u l-frott li jitkabbar b'mod naturali mingħajr l-użu ta' pestiċidi.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu dwar kif morna fil-ħarġa.
25 ta' Jannar 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar x'laqgħatna u x'tgħallimna waqt il-ħarġa.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu l-attivitajiet li qed isiru, mmexxija minn Żaru, mal-istudenti tar-raba', tal-ħames u tas-sitt sena.
27 ta' Frar 2018
Minuti:
1. Tkellimna dwar l-attivitajiet imħejjija minn Żaru. Studenti mis-sitt sena kellhom l-opportunità li jitgħallmu dwar kif isir iż-Żebbuġ.
2. Dawn is-sezzjonijiet se jitkomplew mal-istudenti tar-raba' u tal-ħames sena.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar il-morning assembly.
8 ta' Marzu 2018
Minuti:
1. Il-ġimgħa d-dieħla se norganizzaw il-morning assembly bit-tema Prodotti Lokali.
2. Qgħadna naraw iċ-ċarts, naqrawhom u niddiskutuhom.
3. Iddeċidejna min se jkun qed jaqra u liem sezzjonijiet.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naqraw iċ-ċarts li se jintużaw fil-morning assembly.
20 ta' Marzu 2018
Minuti:
1. Qrajna ċ-ċarts sabiex nassiguraw li kulħadd qed jaqrahom sew u l-istudenti jkunu jafu wara min se jkun imisshom.
2. Il-morning assembly se ssir nhar il-Ħamis.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar iż-żjara li għandna il-parlament rigward il-bżieżaq tal-helium li jitħallew jitilgħu fl-ajru.
5 t'April 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar kif morna fil-morning assembly. L-istudenti stqarrew li ħassew li kulħadd kellu opportunità li jitkellem u ħdimna tajjeb bħala tim.
2. Tkellimna dwar iż-żjara li għandna il-parlament rigward il-bżieżaq tal-helium li jitħallew jitilgħu fl-ajru.
3. Għamilna lista ta' punti ta' possibiltajiet li jistgħu jittieħdu biex nanimaw il-festi mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-ambjent.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar il-laqgħa li għandna mal-PTA.
2. Se nippreparaw powerpoint presentation bl-attivitajiet li ġew imwettqa dawn is-sentejn.
12 t'April 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il-laqgħa li se jkollna mal-PTA.
2. Ftehmna dwar id-diskussjoni li se nkunu qed inqajmu.
3. Se nispjegaw ix-xogħol li wettaqna madwar dawn is-sentejnlill-membri tal-PTA.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar iż-żjara li se nattendu għaliha.
2. Niddiskutu dwar kif morna fil-laqgħa mal-PTA.
26 t'April 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar kif morna fil-żjara li kellna fil-parlament.
2. L-istudenti li attendew iż-żjara spjegaw il-punti ewlenin li tqajmu waqt iż-żjara.
3. Iddisutejna dwar kif morna fil-laqgħa mal-ġenituri. Ħassejna li spjegajna l-punti b'mod tajjeb imma hemm bżonn inkunu iktar kunfidenti meta jkollna meeting mal-adulti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar il-jury visit.
3 ta' Mejju 2018
Minuti:
1. Iddeċidenja li nagħmlu laqgħa mal-Kunsill tal-istudenti qabel il-jury visit.
2. Se nispjegawlhom b'mod sempliċi x'jinvolvi l-proġett Nieklu B'Responsabbiltà.
3. Qajjimna xi punti li se niddiskuti waqt il-jury visit.
4. Erġajna għaddejna sew is-seven steps tal-EkoSkola sabiex inkunu ċerti li kulħadd jafhom sew.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nevalwaw dwar kif marret il-jury visit.
2. Niddiskutu dwar il-laqgħa li se jkollna mas-Sindku fil-15 ta' Mejju 2018.
10 ta' Mejju 2018
Minuti:
1. Għamilna lista bil-punti li nixtiequ nirranġaw fir-raħal sabiex inkellmu lis-Sindku dwarhom.
2. Kull membru tal-kumitat se jqajjem żewġ punti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nevalwaw il-programm Nieklu b'Responsabbiltà.
22 ta' Mejju 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il-laqgħa li kellna mas-Sindku. Kienet laqgħa interessanti u profikwa mmens.
2. L-istudenti imlew kwestjonarju sabiex jevalwaw x'wettaqna u x'għad irid isir.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Inkomplu naħdmu s-sena skolastika li ġejja.
Sena Skolastika 2018-2019
10 t'Ottubru 2018
Minuti:
1. L-istudenti tkellmu dwar l-esperjenza sabiħa li kellna meta attendejna għall-Eco-Schools Award Ceremony fejn ġeddidna l-Green Flag għat-tieni darba.
2. Bdejna niddiskutu dwar il-proġett li se naħdmu fuqu f'dan is-sentejn Marine Pollution (tniġġiż fil-baħar).
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se niddiskutu l-irwoli l-ġodda tagħna fi ħdan il-kumitat.
19 t'Ottubru 2018
Minuti:
1. Ftehmna l-irwoli l-ġodda ta' kull membru tal-kumitat.
2. Iddiskutejna dwar x'jista' jsir sabiex insibu soluzzjoni biex jitnaqqas l-użu tal-kartun u l-kontenituri tal-ħalib.
3. Se nibdew nagħmlu riċerka dwar il-ħsara li qed jikkawża l-użu tal-plastic fil-baħar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Se nkomplu naraw xi ħsara jiġi kkawżat mill-użu tal-plastik.
20 ta' Novembru 2018
Minuti:
1. Ħriġna bl-idea li dis-sena nagħmlu ġabra ta' ikel u affarijiet oħra għall-annimali li jinsabu fis-santwarji.
2. Se norganizzaw ħarġa sabiex immorru nżuru wieħed minn dawn is-santwarji. Se ngħinu lill-klieb u fl-istess ħin nieħdu xi ritratti li se nużaw biex nagħmlu morning assembly fejn se nkunu qed nispjegaw l-idea tagħna lill-kumplament tal-iskola.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nieħdu ħsieb il-powerpoint li se nużaw waqt il-morning assembly.
30 ta' Novembru 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar kif morna fil-morning assembly.
2. Iddiskutejna dwar il-żjara li kellna fl-Island Sanctuary.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar il-ġbir ta' ikel għall-annimali.
10 ta' Diċembru 2018
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il-ġbir ta' ikel għall-annimali.
2. Niftehmu dwar iż-żjara li se jagħmlu l-AAA u l-Island Sanctuary fl-iskola tagħna sabiex jiġbru l-ikel tal-annimali.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar l-elezzjoni li se ssir f'Jannar.
2. Niddeċiedu meta se mmorru niżirgħu l-ġnien.
10 ta' Jannar 2019
Minuti:
1. Ftehmna dwar il-ġurnata li fiha se mmorru niżirgħu l-ġnien: x'l-aħjar li niżirgħu.
2. Iddiskutejna dwar l-elezzjoni sabiex jiġi ffurmat kumitat ġdid.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar kif se nibdew nieħdu ħsieb il-ġnien.
18 ta' Jannar 2019
Minuti:
1. Iltqajna sabiex nagħmlu kuraġġ lil min se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni, filwaqt li nirringrazzjaw lill-membri li ddeċidew li ma jibqgħux jagħmlu parti minn dan il-kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niltaqgħu mal-membri l-ġodda tal-kumitat.
5 ta' Frar 2019
Minuti:
1. Illum, il-kumitat il-ġdid iltaqa' għall-ewwel darba sabiex niffurmaw l-irwoli l-ġodda.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nispjegaw lill-istudenti x-xogħol tagħna.
19 ta' Frar 2019
Minuti:
1. Tkellimna b'mod bażiku dwar ix-xogħol tagħna bħala kumitat.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar is-summit.
7 ta' Marzu 2019
Minuti:
1. Tkellimna dwar is-summit li se nattendu għalih u ħeġġiġna lill-istudenti sabiex jagħmlu riċerka dwar il-bini eċċessiv li qed jinbena Malta.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naraw ir-riċerka li sabu t-tfal.
2. Niftehmu liem partijiet se jaqraw it-tfal.
14 ta' Marzu 2019
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar it-tema tas-summit: il-bini eċċessiv.
2. Rajna r-riċerka li ġabu l-istudenti u flimkien qsamna dak li se jinqara bejn erbat itfal tat-tielet sena.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar is-summit u dwar il-mozzjoni li se tiġi mressqa fil-parlament.
1 t'April 2019
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il punti li ġew imresqa fis-summit: il-bini eċċessiv, nuqqas ta' green areas, il-bniedem qed jeqred l-ambjent li ngħixu fih, mard kroniku relatat man-nifs minħabba t-tniġġiż.
2. Rajna l-punti ewlenin mir-riżultati tal-kwestjonarji: hemm bżonn inqajmu kuxjenza dwar il-ħmieġ li jitħalla fil-bajjiet.
3. Iddiskutejna li meta mmorru l-baħar fis-sajf nistgħu nieħdu xi ritratti ħalli nużawhom is-sena skolastika li jmiss.
4. Meta mmorru l-baħar nistgħu niġbru xi fliexken tal-pastik biex narmuhom f'kontenituri apposta.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar l-esperjenza li kellhom il-parlament.
2. Nitkellmu dwar il-We Picnic Responsibly.
30 t'April 2019
Minuti:
1. L-istudenti tkellmu dwar l-esperjenza sabiħa li kellhom il-parlament.
2. Tkellimna dwar il-ħarġa li kellna bħala kumitat We Picnic Responsibly. Il-kuntatt man-natura llum naqas ħafna u l-istudenti apprezzaw ħafna din l-attività u jixtiequ li jiġu organizzati oħrajn simili fil-futur.
3. Dorna sew is-7 steps tal-EkoSkola sabiex inkunu ċerti li kulħadd qed jifhem il-kunċett ta' kif jaħdmu.
4. Rajna x'nistgħu norganizzaw sabiex nilħqu l-miri li hemm imsemmija fis-7 steps.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar is-summit u dwar il-mozzjoni li se tiġi mressqa fil-parlament.
9 ta' Mejju 2019
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar il punti li ġew imresqa fis-summit: il-bini eċċessiv, nuqqas ta' green areas, il-bniedem qed jeqred l-ambjent li ngħixu fih, mard kroniku relatat man-nifs minħabba t-tniġġiż.
2. Rajna l-punti ewlenin mir-riżultati tal-kwestjonarji: hemm bżonn inqajmu kuxjenza dwar il-ħmieġ li jitħalla fil-bajjiet.
3. Iddiskutejna li meta mmorru l-baħar fis-sajf nistgħu nieħdu xi ritratti ħalli nużawhom is-sena skolastika li jmiss.
4. Meta mmorru l-baħar nistgħu niġbru xi fliexken tal-pastik biex narmuhom f'kontenituri apposta.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar il-prodotti li għandna miżrugħ fil-ġnejna.
23 ta' Mejju 2019
Minuti:
1. Iltqajna għall -aħħar darba għal dis-sena skolastika sabiex niddiskutu dwar ix-xogħol li sar matul dis-sena bħala kumitat.
2. Iddiskutejna dwar il-ġnejna u ftehmna dwar x'irid isir ħalli fis-sajf ma jinxifx kollox.
3. Issa li ġie ffurmat kunsill ġdid inħossu l-bżonn li s-sena skolastika li ġejja nagħmlu laqgħa mas-sindku.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Nagħmlu laqgħa sabiex niddiskutu dwar ix-xogħol li se nwettqu dis-sena.
16 t'Ottubru 2019
Minuti:
1. Iddiskutejna dwar l-aħħar fażi tal-ktieb tar-ricetti marbut mal-proġett Nieklu b'Responsabbiltà li se jiġi ppubblikat biex jinbigħ f'Diċembru ta' dis-sena.
2. Iddiskutejna dwar il-picnic li se nattendu għalih Xrobb l-Għaġin.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-irwoli li se jkollna dis-sena fil-kumitat.
23 t'Ottubru 2019
Minuti:
1. Saret il-votazzjoni min-naħa tal-istudenti sabiex jiġi maħtur President ġdid. Saru ukoll xi ħatriet ġodda.
2. Iddiskutejna dwar l-irwoli ħalli l-istudenti ikunu jafu x'injolvi x-xogħol tagħhom.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-għanijiet tagħna għal matul dis-sena.
13 ta' Novembru 2019
Minuti:
1. Nhar it-Tlieta 19 ta' Novembru ġejja l-mara tal-President tar-Repubblika, Mrs. Vella, sabiex tinawgura l-Piggy Bank Campaign. L-istudenti taż-żewġ kumitati - Kunsill tal-Istudenti u l-Kumitat EkoSkola - se jilqgħu lil Mr. Vella fl-entratura tal-Iskola fejn iktar tard isiru l-ispeeches miż-żewġ Presidenti tal-Kunsilli.
2. Illum ħtarna l-irwoli tal-istudenti tal-kumitat u ddiskutejna x'jinvolvi x-xogħol li jridu jwettqu l-istudenti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-għanijiet tagħna għal matul dis-sena.
21 ta' Novembru 2019
Minuti:
1. L-iskola se tniedi kampanja għal dal-Milied fejn se tħeġġeġ lill-kominità Żebbuġija tnaqqas l-iskart li jintuża darba biss u tieħu ħsieb iktar l-indafa tal-ambjent speċjalment it-tniġġiż tal-baħar.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu l-adozzjoni ta' fekruna.
2. Niddiskutu l-attività li se nwettqu dan il-Milied.
13 ta' Diċembru 2019
Minuti:
1. Preparazzjoni għall-ħarġa ta' Xrobb l-Għaġin.
2. Iddiskutejna l-għan ta' dil-ħarġa.
3. Iddiskutejna dwar il-kartolini tal-Milied li qed isiru mill-iskola kollha sabiex nikkordinaw it-tqassim fid-djar u lin-nies li jkunu qegħdin jixtru fuq il-monti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Naraw kif marret ġiet imwettqa l-attività tal-Milied.
2. Niddiskutu x'se nagħmlu fil-karnival.
10 ta' Jannar 2020
Minuti:
1. Ħriġna bl-idea li dis-sena nħeġġu lit-tfal jieħdu sehem f'kompetizzjoni, bit-tema Tniġġiż tal-Baħar, fejn flimkien mal-ġenituri jagħmlu karru tal-karnival li jevidenzja l-ħsara li ssir lill-kreaturi marini ħabba t-tniġġiż.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu x'nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil ħaddieħor.
24 ta' Jannar 2020
Minuti:
1. Waqt ir-Randan nixtieq ngħinu lill-annimali li jgħixu fis-santwarji.
2. Se nfittxu żewġ santwarji u nikkuntattjawhom.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar l-għajnuna li se nagħtu lis-santwarji.
14 ta' Frar 2020
Minuti:
1. Se niġbru ikel għal żewġ santwarji: Noah's Ark u Cats and Dogs Sanctuary.
2. Se mmorru nżuru Noah's Ark.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar x'għamilna Noah's Ark.
2. Inħeġġu lill-istudenti jibdew iġibu l-ikel għall-annimali.
27 ta' Frar 2020
Minuti:
1. Tkellimna d-dwar il-karrijiet li ġew ppreżentati fil-karnival.
2. Tkellimna dwar l-effett li kellu meta xi studenti tas-6 sena ħarġu bil-ħuta l-monti.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niddiskutu dwar x'għamilna Noah's Ark.
2. Inħeġġu lill-istudenti jibdew iġibu l-ikel għall-annimali.
10 ta' Marzu 2020
Minuti:
1. Preparazzjoni għall-jury visit.
2. Bdejna billi erġajna fakkarna lit-tfal is-7 steps.
L-aġenda tal-laqgħa li jmiss:
1. Niltaqgħu ma' xi membri tal-kumitat biex inħeġġuhom jitkellmu fuq il-proġett li wettaqna matul dawn is-sentejn.
bottom of page