top of page

Yr 3.1 - Ms. Veronica Fenech

Dinja Waħda: Flower Detectives

Firstly we started the activity by giving the children an overview of how plants grow and what they need to grow (water, light, etc.). This was done by showing the children a PowerPoint presentation. The children were then given an overview of some different flowers that we can find in Malta. The children were also given some information on these flowers.​

During the Manikata outing, luckily, we saw some of the flowers we had mentioned in class so we pinpointed them to the children so they actually saw them growing in the fields. During the outing, we also planted a Ta' Ä erba bean which we took with us to class.

Back in the classroom, we played a detective game where the children first had to match the puzzle parts to form the flower pictures. They then had to match the flower facts to the corresponding flowers. The children then were given the opportunity to colour the flowers.

As a continuation to the lesson, the children filled in a booklet on How Plants Grow. The children in the meantime were watering the beans and waiting eagerly for them to sprout. A few days later the first leaves began showing in some of the pots. Daily the children eagerly came in to class to see if their bean began to grow.

Finally we placed everything on display. Next to the flower puzzles (we used cereal boxes to back the flowers), we created flower bouquets using egg cartons and created a huge heart using bottle caps.

 

Through this activity, the children learnt facts about Maltese flowers, how plants grow and how to create fun crafts using recycled material.

Pupils' Work

Wrap: Fractions

Wieħed mis-suġġetti tal-lezzjonijiet tal-matematika li nagħmlu fil-klassijiet tat-tielet sena, huwa s-suġġett tal-fractions.

 

Is-suġġett beda ftit tal-ġranet qabel fejn it-tfal ingħataw informazzjoni dwar x’inhu nofs (half), kwart (quarter) u terz (third). Waqt il-lezzjonijiet ta’ qabel permezz ta’ Powerpoint Presentation u logħob varju, iddiskutejna kif nistgħu naqsmu forom f’daqsijiet differenti. It-tfal qasmu forom differenti (ċrieki, kwadri, triangoli, eċċ) f’nofsijiet, kwartijiet u terzi. Xi tfal indunaw li xi forom jistgħu jinqasmu f’aktar minn mod wieħed, eżempju il-kwadru jista’ jinqasam f’żewġ modi minn nofs waqt li ċ-ċirku taqsmu kif taqsmu dejjem jiġi tajjeb.

 

Bħala għeluq tas-suġġett, flimkien mat-tfal ħloqna wrap bnina. Il-ġurnata ta’ qabel, rajna x’ingredjenti għadna bżonn biex nagħmlu wrap tajba u bnina. Wara li għamilna lista, t-tfal kienu mħeġġa biex iġibu erba’ ingredjenti differenti biex l-għada bdejna r-wrap.

 

Il-Ä¡urnata waslet u kull tifel u tifla ingħataw l-opportunità jaħsbu kif ser iqassmu r-wrap tagħhom. Huma kellhom jużaw żewÄ¡ ingredjenti għal nofs wrap, ingredjent ieħor għal kwart ta’ wrap u l-aħħar ingredjent għall-aħħar kwart. Kull wieħed pinÄ¡a dijagramma ta’ kif ser jaqsam ir-wrap tiegħu/tagħha.

 

Wara imsaħħna l-imwejjed kollha u kulħadd ħasel idejh. It-tfal imbagħad fetħu r-wrap tagħhom u bdew jaqsmu l-ingredjenti fuqha. Xi ingredjenti li kellhom kienu perżut, tadam, żebbuÄ¡, faqqiegħ, bżar aħdar, Ä¡obon u qamħirrun. Ir-wrap niżlet għasel ma’ kulħadd!

Yr 3.2 - Ms. Janet Attard

Studju SoÄ‹jali: Nibżgħu għad-dawl elettriku

Bdejt il-lezzjoni billi tlabt lit-tfal jagħlqu għajnejhom għal ftit sekondi. Imbagħad staqsejthom x’raw waqt li kienu b’għajnejhom magħluqin. Meta semmew il-kelma ‘dlam’, staqsejthom meta jaraw hekk. Meta tawni r-risposta ta’ ‘billejl’ staqsejthom x’jagħmlu huma billejl biex ikunu jistgħu jaraw. Kif semmew li jixegħlu d-dawl għedtilhom li se nitkellmu dwar l-elettriku.

 

Permezz ta’ powerpoint presentation  iddiskutejna l-ewwel, jekk u għaliex l-elettriku huwa importanti. Semmejna li l-elettriku jagħmlilna ħajjitna iktar komda u faÄ‹li.

 

Wara ddiskutejna għaliex għandna nibżgħu għall-elettriku. Għedna li barra milli jiġina kont għoli, biex ikollna l-elettriku, inħaddmu l-power stations li jikkawżaw ħafna dħaħen u li dawn id-dħaħen ma jagħmlux ġid għax jikkawżaw tniġġis fl-arja li huwa ta’ ħsara kemm għalina kif ukoll għall-pjaneta tagħna. Hawnhekk it-tfal ġew murija vidjow ta’ dħaħen ħerġin mill-power stations.

Wara dan, iddiskutejna kif aħna għandna nibżgħu għall-elettriku biex kemm jista’ jkun innaqqsu minn dan it-tniġġis. Issemmew ħafna punti fosthom:

 

  • ma nħallux il-bieba tal-friÄ¡Ä¡ jew friżer miftuħa għalxejn u meta nagħlquha naraw li nagħlquha sew

  • nużaw bozoz imsejħa energy savers, meta nużaw kitla tal-elettriku nimlew ilma kemm għandna bżonn biss u ma nħalluhiex timtela bil-Ä¡ebla

  • minflok niddifrostjaw l-ikel bil-microwave, noħorÄ¡uh mill-friżer minn qabel u nħalluh fil-friÄ¡Ä¡

  • naraw li għandna ħasla li timla l-washing machine jew id-dishwasher qabel naħslu l-ħwejjeÄ¡ jew il-platti u nużaw temperatura baxxa

  • naraw li għandna ħasla li timla t-tumble dryer qabel innixxfu l-ħwejjeÄ¡ u ma nużawx it-tumble dryer jekk nistgħu nnixxfu barra fix-xemx

  • nitfu d-dawl meta noħorÄ¡u minn xi kamra u ma nixegħlux dawl iktar milli hemm bżonn

  • l-użu tal-panelli fotovoltajiÄ‹i jiffrankalna ħafna mill-kont tal-elettriku u l-elettriku jkun qed jiÄ¡Ä¡enera mingħajr ma jagħmel ħsara lill-ambjent

 

It-tfal ġew imħeġġa biex jagħmlu ħilithom biex ma jaħlux elettriku bla bżonn ħalli jibżgħu għall-ambjent u l-klima li ngħixu fiha aħna stess!

 

Spiċċajt il-lezzjoni b’żewġ vidjows li juru metodi ta’ kif għandna nibżgħu għall-elettriku. It-tfal ħadmu ħendawt dwar is-suġġett u wara għamlu powsters fejn pinġew stampa u kitbu kepxin ta’ kif għandna nibżgħu għall-elettriku.

Yr 3.3 - Ms. Rossana Delia

Studju SoÄ‹jali: Nibżgħu għall-ilma

1. Introduzzjoni

 

Din il‑lezzjoni bdejtha billi staqsejt lit‑tfal x’kienu l‑aħħar ftit topiks li għamilna. Weġbuni billi qaluli li tkellimna dwar il‑lokalità tagħna ta’ Ħaż‑Żebbuġ billi morna Fieldwork madwar l‑iskola u kklassifikajna l‑affarijiet is‑sbieħ li rajna u dawk il‑koroh; u wkoll rajna x’għandna nagħmlu biex inħarsu s‑sabiħ li rajna u ntejbu l‑ikrah.

Spjegajtilhom li se nkomplu nitkellmu fuq dan is‑suġġett u li issa ħa naraw x’nistgħu nagħmlu biex nibżgħu iktar għall‑ambjent tagħna.

Staqsejt lit‑tfal jaħsbu ftit fuq x’għandna nagħmlu biex inħarsu l‑ambjent u d‑Dinja tagħna. It‑tfal tawni xi ideat u jien niżżilthom fuq il‑bord interattiv. Filwaqt li għidtilhom li dawk l‑affarijiet li qaluli huma kollha tajbin, f’din il‑lezzjoni se niffukaw u nitkellmu fuq waħda biss: L‑ilma – għalfejn hu importanti u kif nistgħu nibżgħu għalih.

  

2. Il‑qafas tal‑lezzjoni

  

a. Informazzjoni ġenerali fuq l‑ilma

Tajthom spjega ta’ fuq fuq dwar l‑ilma: id‑Dinja hi magħmula l‑iktar mill‑ilma, iżda huwa kollu tajjeb għalina biex nużawh? It‑tfal weġbuni li le għax ħafna minnu hu ilma baħar. Spjegajt ukoll li anki ġisimna, ħafna minnu hu magħmul mill‑ilma, għalhekk ħriġt l‑importanza tal‑ilma għalina lkoll u għal kull kreatura ħajja.

 

b. X’jiġri minna u minn kull ħlejqa oħra mingħajr ilma?

It‑tfal ġegħelthom jimmaġinaw il‑konsegwenzi li kull wieħed u waħda minna naffaċċjaw jekk nispiċċaw mingħajr ilma; anki l‑ħxejjex u l‑annimali, u mingħajr dawn nispiċċaw lanqas ikel ma jkollna.

 

ċ. L‑ilma ġej mix‑xita – Kulħadd komdu bħalna?

Komplejt il‑lezzjoni billi staqsejt lit‑tfal minn fejn jiġi l‑ilma u dawn weġbuni mix‑xita. B’dan il‑punt ħriġt l‑importanza tax‑xita, għax dak l‑ilma jintuża għal ħafna affarijiet. Komplejt billi għidt lit‑tfal li aħna nsibu kollox lest u f’dan il‑każ kulma għandna nagħmlu huwa niftħu l‑vit biex ikollna l‑ilma, iżda hawn min irid jimxi ħafna biex iġib ftit ilma biex jixrob u ħafna drabi ma jkunx nadif. Għalhekk għandna nkunu grati!

 

d.In‑nuqqas tax‑xita – nibżgħu għall‑ilma!

Avolja nistgħu nsibu l‑ilma xħin irridu, f’Malta għandna problema li xita ma tantx tagħmel u m’għandniex muntanji u xmajjar, għalhekk l‑ilma huwa skars. B’hekk il‑ftit ilma li jkollna għandna nibżgħu għalih.

X’għandna nagħmlu biex nibżgħu għall‑ilma? Staqsejt lit‑tfal din il‑mistoqsija u dawn ħarġu b’ħafna ideat li jistgħu jagħmlu huma stess kemm id‑dar kif ukoll l‑iskola. Dawn tniżżlu fuq il‑bord interattiv biex it‑tfal ikunu jistgħu jarawhom sew.

Vidjow: Wara ntwera vidjow fuq kif għandna nibżgħu għall-ilma biex ikompli jżid ma’ dak li qalu t-tfal u jifhmu aħjar.

 

e. Storja

Qrajtilhom storja dwar tifel li nesa l‑vit tal‑iskola miftuħ u b’hekk mhux talli ħela ħafna ilma imma ħoloq problemi oħrajn. Iddiskutejna l‑istorja flimkien u tkellimna fuq x’se jagħmlu huma mil‑lum ’il quddiem biex jevitaw li jiġri xi ħaġa bħal dan.

  

3. Għeluq

  

a. Ir‑Reverse Osmosis

 

Lit‑tfal semmejtilhom li peress li aħna gżira u li mdawrin bil‑baħar, għandna makkinarju f’Malta li nsejħulu Reverse Osmosis li jippurifika l‑ilma baħar biex inkunu nistgħu nużawh. Komplejt billi għidtilhom li l‑ilma xorta għandna nibżgħu għalih.

 

b. Għanja – Idejja dejjem nodfa

Semmajtilhom din l‑għanja biex nagħlqu l‑lezzjoni qabel nibdew naħdmu xi eżerċizzji.

 

ċ. Il‑logħba interattiva

Qabbadt xi tfal joħorġu jilagħbu l‑logħba fuq il‑bord interattiv li għandha x’taqsam mal‑lezzjoni.

 

d.Xogħol fil‑klassi u għad‑dar

Fl‑aħħar qassamtilhom il‑werkxit u qrajnieha. Tajthom spjega żgħira u ħdimna ftit minnha l‑iskola. It‑tfal ħadmu l‑kumplament id‑dar.

 

e. Fl‑aħħar staqsejt lit‑tfal x’tgħallmu llum u kif se jużawh.

Dinja Waħda: Trees are Cool!

The lesson started by introducing information about trees by means of the IWB.

During this lesson the students prepared a tree collage where they specified the different parts of the tree such as the leaves, the trunk and the roots. They also coloured some leaves on which they wrote the benefits that are derived from a tree. The leaves were all printed on used papers. 

 

The students formed the dice and played the game. This game emphased the benefit of trees in our environment as they absorb the C02 emissions produced by cars.

Kulleġġ San Injazju

Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ

bottom of page