
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Yr 5.1 - Ms. Caroline Caligari, Yr 5.2 - Ms. Orietta Balzan, Yr 5.3 – Mr. Jeffrey Saliba
Duq il-Qawsalla
Il-klassijiet tal-Ħames Sena ġew mistiedna biex jipparteċipaw f'lezzjonijiet dwar kif nistgħu ninkludu aktar frott u ħaxix fid-dieta tagħna ta' kuljum. Dan is-seminar bl-isem ta' Duq il-Qawsalla sar fil-Home Economics Centre B'Kara. Kull klassi kellha lezzjoni interessanti fejn it-tfal ħadu sehem b'mod attiv fi gruppi. Fl-aħħar tas-seminar ingħataw ktejjeb b'attivitajiet relatati mal-frott u l-ħaxix u l-benefiċċju li dawn jagħtuna għal saħħitna.
Meta morna lura lejn l-iskola aħna l-għalliema għamilna follow-up tat-taħdita li kellhom it-tfal dwar l-ikel sustanzjuż għas -saħħa. Għalaqna l-lezzjoni billi staqsejna lit-tfal jesprimu dak li tgħallmu permezz ta' stampi u tpinġijiet differenti.

Ms. Orietta Balzan

Ms. Caroline Caligari
Yr 5.1 - Ms. Caroline Caligari
Id-Dinja Qed Tisħon!
Il-Klassi tal-5.1 kellhom lezzjoni tal-Malti tat-Taħriġ il-Fehem li kienet bit-titlu Id-Dinja Qed Tisħon. Din ġiet meħudha mill-ktieb Kalejdoskopju tal-Ħames Sena.
It-tema kienet dwar Global Warming u ddiskutejna u qrajna dwar dak kollu li qed jikkawża dan il-fenomenu madwar id-dinja kollha. Tkellimna dwar it-temperaturi għoljin u l-effett serra (Greenhouse Effect) li qiegħed jiġi kkawzat minn gassijiet li jmorru fl-arja u fl-atmosfera ta' madwar id-dinja. Semmejna x'jistgħu ikunu dawn il-gassijiet fosthom dħaħen minn karozzi, kimiċi li jiġu użati fil-fabbriki,sprejs li nużaw u ħruq ta' skart fost affarijiet oħra.
Tkellimna wkoll dwar in-nuqqas ta' siġar li l-funzjoni tagħhom tgħin biex ikollna arja iktar nadifa. It-tfal iddiskutew ukoll il-fatt li mhux il-bniedem biss qed jiġi affettwat iżda l-annimali kollha kemm tal-art kif ukoll tal-baħar. Bħala eżempju semmejna li minħabba t-temperaturi għoljin qed jinħall is-silġ fl-Artiku u fl-Antartiku u dan huwa ta' periklu għall-orsijiet polari u l-pingwini minħabba li qed jonqos l-ispazju fejn jgħixu. Min-naħa l-oħra semmejna li kieku jibqa' jinħall is-silġ dan se jgħolli l-livell tal-baħar tant li xi artijiet jistgħu jiġu that l-ilma għalkollox.
Wara li ddiskutejna u qrajna dwar dawn l-effetti ħsibna biex naraw ukoll x'soluzzjonijiet nistgħu nsibu biex nibdew nipproteġu l-ambjent tagħna. It-tfal għamlu iktar riċerka fuq l-internet u għamlu posters żgħar fejn ħarġu lista ta' affarijiet dwar din it-tema. Per eżempju semmew li għandna bżonn niżirgħu aktar pjanti, nirriċiklaw l-iskart, innaqqsu l-użu tal-karozzi billi nimxu jew nużaw ir- rota u nagħmlu car pooling. Semmew kif nistghu nużaw l-enerġija solari u r-riħ biex ma nużawx żjut li jikkawżaw arja mniġġsa.
Din it-tema irbatniha wkoll ma' poeżija bl-Ingliż jisimha The Litter Song ta' Andrew Jackson li tista' wkoll tiġi kantata. Din il-poeżija tittratta dwar il-ħmieġ li narmu barra u l-impenn ta' kull persuna għandha tagħti sabiex tinżamm l-indafa kullimkien.
Yr 5.2 - Ms. Orietta Balzan
L-użu tajjeb tal-ilma
Il-lezzjoni bdiet billi l-għalliema staqsiet lit-tfal xi rwol għandu l-ilma fil-ħajja tal-bniedem. L-istudenti elenkaw diversi ideat interessanti u l-għalliema stednithom jiktbuhom fuq il-bord interattiv. Fost punti importanti li ħarġu insibu dawn li ġejjin:
1. L-ilma hu l-bidu tal-ħajja (L-għalliema introduċiet il-kelma sors).
2. Bl-ilma nixorbu u nieklu (L-għalliema staqsiet: kif jintuża l-ilma fid-dieta tagħna? - mhux għax-xorb biss).
3. L-ilma hu indafa (L-għalliema staqsiet: x'innaddfu bih?).
4. L-ilma jbegħdna mill-mard.
5. L-ilma hu ħajja għall-annimali u natura (L-għalliema staqsiet: fejn m'mhemmx ilma, x'hemm?).
6. L-ilma għadna nibżgħu għalih.
Waqafna ftit biex naraw filmati li juruna modi prattiċi kif se nibżgħu għall-ilma. Imbagħad iddiskutejna x'rajna.
Bħala konklużjoni, it-tfal bdew jiktbu dak li għedna fil-klassi bħala kitba kreattiva.
L-għalliema esprimiet il-ħsibijiet riflettivi tagħha rigward il-lezzjoni: it-tfal sabu l-lezzjoni interessanti għax baqgħu dwar is-suġġett għal ħin twil. Barra minhekk fil-kitba kreativa l-istudenti esprimew il-fehmiet tagħhom rigward it-topik in kwistjoni u taw ukoll xi punti relattivi rigward l-użu tajjeb tal-ilma.






Yr 5.3 - Mr. Jeffrey Saliba
Halloween goes Eco!
This is a lesson conducted with year 5 students using recycling cereal boxes. The students painted Halloween Monsters directly on recycled cereal boxes.



Id-Dinja Qed Tisħon!
L-għan tal-lezzjoni:
1. L-istudenti se jitgħallmu dwar il-bidla fil-klima: il-kawżiet u l-effetti li qed tħalli fuq id-dinja.
2. It-tfal se jsiru aktar konxji tal-importanza li nbiddlu l-abitudnijiet tagħna sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna.
Introduzzjoni:
Brainstorming:
1. X'nifhmu meta ngħidu Tibdil fil-Klima?
2. X'inhuma l-kawżiet prinċipali li qed joħolqu dat-tibdil?
3. X'inhuma l-effetti li qed iġib miegħu dat-tibdil?
Żvilupp:
1. L-istudenti jaqraw l-istorja b'mod individwali.
2. L-għalliem jaqra l-istorja u jiddiskuti mal-istudenti t-temi prinċipali.
3. L-istudenti jirrispondu l-mistoqsijiet.
Follow-up:
1. L-istudenti jiddiskutu x'jista' jsir sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja.







Stil ta' Ħajja Sana!
L-għan tal-lezzjoni:
1. L-istudenti se jitgħallmu dwar l-importanza li nikkonsmaw ikel bnin għal saħħitna.
2. L-istudenti se jitgħallmu dwar in-nutrijenti li nieħdu mill-ikel.
Introduzzjoni:
Brainstorming:
1. L-istudenti jsemmu l-ikel li hu bnin u ikel li għandna nikkonsmaw f'ammont ikkontrollat?
2. L-istudenti jiddiskutu dwar l-importanza li nixorbu ilma frisk ta' spiss?
Żvilupp:
1. Naraw l-ikel li ġibna magħna l-iskola u niddiskutu kemm se nieklu nutrijenti.
2. Nitkellmu dwar il-frott li ġibna magħna sabiex niddeterminaw kemm se nkunu kilna vitamini (Nagħmlu użu mill-internet sabiex nitgħallmu iktar dwar x'vitamini nkunu qed nieħdu mill-frott).
Għeluq:
1. Nieklu l-ikel flimkien.



