top of page

Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


- X’rajna rigward is-saħħa waqt l-awditjar
Riżulati tal-Awditjar Ambjentali: Saħħa
L-istudenti tal-kumitat EkoSkola għamlu l-awditjar ambjentali rigward is-saħħa f’dawn il-klassijiet:
- Klassi tat-tielet sena;
- Il-klassijiet kollha mir-raba’ sas-sitt sena.
Aspetti pożittivi:
-
It-tfal iġibu l-ikel fil-kontenitur tal-plastik.
-
It-tfal iġibu ikel bnin l-iskola bħal ħobż, frott u ħaxix.
-
L-istudenti jifhmu l-bżonn li jieklu ikel bnin.
-
L-antibullying policy qegħda tiġi ffinalizzata fil-kulleġġ (kellna Professional Development fis-7 ta’ Marzu, 2016).
-
L-għalliema jippromwovu l-għixien tajjeb waqt il-lezzjonijiet.
Aspetti negattivi:
-
L-ikel li jitqassam fil-festin tal-Milied m'huwiex bnin u sustanzjuż.
- X’azzjonijiet ħadna
Taħdidiet interattivi mill-għalliema tal-Home Economics fill-KINDER
Bdejna minn eta' żgħira nrawmu lit-tfal jieklu ikel bnin għal saħħitna. Organizzajna taħdidiet interattivi għat-tfal tal-Kinder 2 sabiex l-istudenti jitgħallmu rigward ikel sustanzjuż u ieħor li rridu nevitaw sabiex nikbru b'saħħitna. L-għalliema rrakkuntat storja rigward il-frott u l-ħaxix bl-użu tal-istampi li għenu lit-tfal jifhmu l-istorja aħjar. It-tfal setgħu jitkellmu u jistaqsu xi mistoqsijiet. Il-lezzjoni spiċċat b'żewġ kanzunetti minn Fonzu l-Fenek fejn it-tfal kellhom l-opportunita' li jiżfnu u jkantaw.

Sports ghall-KINDER il-Cottonera Sports Complex
Fl-iskola tagħna naħdmu nippromwovu ħafna l-istil ta’ ħajja sana fit-tfal minn età tenera. Barra li nrawmuhom minn żgħar jieklu ikel sustanzjuż, inħajru lit-tfal ikunu attivi fl-isports. Għal din l-attività kienu attendew ukoll xi ġenituri.




Coffee Morning b’differenza
It-Tnejn l-1 ta’ Frar, 2016 il-Kunsill tal-iskola ħaseb biex jorganizza Coffee Morning b’differenza. F’din l-attività saret taħdita mill-Home Economics Centre dwar x’għandna nagħmlu biex inkunu b’saħħitna. Wara ġew survuti wrap jew salad.

bottom of page