top of page
Riżulati tal-Awditjar Ambjentali: Ilma
 - X’rajna rigward l-ilma waqt l-awditjar
Aspetti pożittivi:
  • Il-pressa tal-ilma mhix qawwija u b’hekk ma jinħelhiex ħafna ilma.

 

Aspetti negattivi:

  • Sibna xi viti iqattru.
  • Sibna xi viti laxki u għal daqstant jiċċaqilqu.
  • Sibna xi viti msaddin u jillikjaw li kellhom bżonn jinbidlu.
 - X’azzjonijiet ħadna
Fl-iskola xtaqna nwasslu messaġġ importanti ħafna: hemm bżonn li kulħadd jibża’ għall-ilma. Għamilna Morning Assembly bil-għan li nqajmu kuxjenza rigward l-importanza li nippreservaw l-ilma. L-istudenti tal-kumitat għamlu riċerka dwar din kemm hu neċessarju li nibżgħu għal dir-riżorsa naturali li għandna u esprimew il-fehmiet tagħhom b'permezz ta' ċarts li kien fihom messaġġi, slogans, poeżiji u tpinġijiet.
Il-ħendimen ħa ħsieb mill-ewwel li jmur jixtri viti ġodda sabiex ibiddel dawk li kienu msaddin.

Kulleġġ San Injazju

Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ

bottom of page