
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Inizjattivi
Battery Buster Campaign
L-iskola tagħna tieħu sehem ukoll fil-Battery Buster Campaign, fejn b’permezz ta’ kompetizzjoni l-istudenti jitħajru jġibu l-batteriji użati l-iskola sabiex jarmuhom fil-kontenituri apposta li għandna ġol-iskola. Matul is-snin bdiet titqajjem kuxjenza rigward il-ħsara ambjentali li jagħmlu l-batteriji li jintremew mal-iskart ġenerali li narmu kuljum. L-istudenti qed jiġu mgħallma dwar il-ħsara ambjentali li jikkawżaw meta batteriji użati jintremew mal-iskart ġeneriku. Dawn il-batteriji jinġabru mill-WasteServ u jiġu maħżuna b’mod responsabbli sakemm eventwalment jiġu esportati għar-riċiklaġġ.

It-tfal tal-Kinder 1.8 għamlu diskussjoni rigward il-batteriji u fejn għadhom jintremew sabiex ma nagħmlux ħsara lill-ambjent. Huma raw il-vidjo Batterina u wara marru jarmu l-batteriji użati fil-kontenitur fejn jintremew il-batteriji.




-
It-tfal tal-Kinder 1.5 ukoll għamlu lezzjoni dwar kif wieħed għandu jarmi b'mod xieraq il-batteriji. Fil-lezzjoni it-tfal fittxew xi ġugarelli li għandhom bżonn il-batteriji biex jaħdmu.
-
Wara t-tfal urew il-batteriji li ġabu mid-dar. Dawn tqegħdu ħdejn xulxin fuq mejda sabiex it-tfal jitgħallmu dwar d-dawsijiet differenti tal-batteriji.
-
L-għalliema qajmet diskussjoni dwar l-użu tal-batteriji f'oġġetti varji.


It-tfal tal-klassi kellhom diskussjoni rigward l-ambjent u l-ħsara li l-batteriji jistgħu jagħmlu jekk jintremew ma' skart ieħor. it-tfal tgħallmu dwar l-importanza li narmu l-batteriji f'kontenituri apposta. L-għalliema ħadithom ħdejn il-kontenituri tal-injam li għandna l-iskola sabiex huma jarmu l-batteriji użati ġo fihom.

Nirriċikla għall-istrina 2015
Bħal kull sena l-iskola tagħna f’Diċembru 2015, ħadet sehem fil-ġabra ta’ tappijiet b’risq l-Istrina fejn inġabru total ta’ 339 kg. Barra li l-komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ tkun qed tgħin l-ambjent b’permezz ta’ ġbir ta’ tappijiet għar-riċiklaġġ, din l-attività għandha ukoll għan filantropiku għax il-flus li jinġabru qegħdin imorru b’risq il-Community Chest Fund.

Kompetizzjoni tal-Karnival
2015
L-istudenti tal-iskola ħadu sehem f’kompetizzjoni fejn fiha għamlu karrijiet flimkien mal-ġenituri tagħhom id-dar. Ġew imħeġġa jagħmlu użu minn materjal reċiklat. Dawn huma uħud mill-karrijiet.




2016
Fis-sena 2016 xi studenti reġgħu ħadu sehem fil-kompetizzjoni tal-karnival.


Catch the Drop Campaign
2015-2016
Il-Kulleġġ San injazju bil-kollaborazzjoni tal-HSBC organizza Catch the Drop Campaign li ħeġġet lill-istudenti kollha tal-iskejjel sabiex jipparteċipaw f’wirja tal-Arti u fl-istess ħin jitgħallmu jibżgħu iktar għall-ilma. F’din attività l-istudenti ħejjew tpinġijiet u skultura flimkien mal-għalliema tal-Arti bil-għan li jinbiegħu sabiex il-qliegħ imur għal Community Chest Fund.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
L-eċċellenza tagħha Marie Louise Coleiro offriet il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, sabiex tkun tista’ tittella’ il-wirja tal-Arti.
Wara s-suċċess li kellha s-sena l-oħra, din l-attività reġgħet ittellgħet fl-14 ta’ Marzu, 2017. Dan ix-xogħol sar b’dedikazzjoni u mpenn kbir li ġab studenti u għalliema flimkien bil-għan li flimkien jaħdmu f’ambjent ta’ networking u teamwork. Bil-ħila ta’ din l-esperjenza l-istudenti irnexxielhom joħorġu l-kreattività artistika tagħhom permezz tal-Arti sabiex jgħaddu messaġġ importanti (in-neċessità li nippreservaw l-ilma) lill-poplu kollu.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Il-Wirja ta' Arti tal-istudenti tal-Kulleġġ reġgħet ittellgħet fil-Palazz tal-President u ġiet miftuħa nhar l-14 ta’ Marzu, 2018. It-tema tal-ilma reġgħet ħadet il-ħajja fil-pitturi tal-istudenti. Barraminhekk xi studenti kantaw innijiet marbuta mat-tema.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Il-Wirja ta' Arti tal-istudenti tal-Kulleġġ reġgħet ħadet il-ħajja bejn il-11 u l-14 ta' Marzu 2019 fil-Palazz tal-President.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Eko-Milied
2015
Fil-Milied ħriġna bl-idea li nħajru lill-istaff iżejjen il-bieb tal-klassi billi juża materjal riċiklat. L-idea intlaqgħat tajjeb ħafna u l-għalliema ħeġġew lit-tfal sabiex iġibu oġġetti magħmulin mill-kartun, plastik, drapp, eċċ sabiex waqt il-krafts, ikunu jistgħu joħolqu xi mudell li jitwaħħal mal-bieb. L-ewwel li tat l-eżempju kienet proprju l-kap tal-iskola li żejnet il-bieb tal-uffiċċju tagħha.
Ghirlanda magħmula mill-Kap tal-Iskola.
It-tfal żejnu platt skont il-gosti tagħhom u wara twaħħlu mal-bieb tal-klassi f’forma ta’ siġra tal-Milied.




Siġra tal-Milied magħmula minn karti użati irrumblati u minn cupcakes mwaħħlin bħala dekorazzjonijiet.
Rollijiet tat-tojlit pejper miżbugħin u mwaħħlin flimkien f'forma ta' siġra tal-Milied.
Rollijiet tat-tojlit pejper miżbugħin u mwaħħlin flimkien f'forma ta' siġra tal-Milied.




Girlanda mpinġija biż-żebgħa u bħala dekorazzjonijiet intużaw cupcakes tal-karti.

Dawn is-siġar saru b’xi tinsels, kaxxi tal-kartun, wrapping paper u dekorazzjonijiet li t-tfal kellhom id-dar.


Snowmen magħmulin minn tazzi tal-plastik użati. Snowman ieħor magħmul mill-kaxxi tal-kartun.


Elf magħmul minn biċċiet tal-crèpe paper żejda li l-għalliema kellha fil-klassi.
Informazzjoni dwar l-Milied f’pajjiżi differenti. Intużaw kaxxi taċ-ċereali.
Il-kalendarju: kaxxi tas-sulfarini miksijin b’wrapping paper użata u wara ġie ffurmat kalendarju f’forma ta’ siġra tal-Milied.



Waqt il-lezzjoni tal-Arti t-tfal għamlu reindeer 3D mill-kartonċin li wara ġie mwaħħal mal-bieb.

Girlandi magħmulin mir-rollijiet tat-tojlit pejper.


Tifel għamel Siġra tal-Milied mir-rollijiet tat-toilet paper flimkien m’ommu d-dar. Ġewwa intużaw dekorazzjonijiet li ġa kellu.
Dan il-presepju għamlitu omm l-istess tifel flimkien m’uliedha. Huwa magħmul minn tappijiet tas-sufra tal-inbid u xi materjal ieħor.


Dinja Waħda
L-iskola tagħna kull sena tieħu sehem fil-proġett ta' Dinja Waħda u rnexxielna dejjem nirċievu l-Gold Award. L-istudenti tal-iskola tagħna jkollhom l-opportunità li jitħarrġu rigward l-ambjent naturali li joffru l-gżejjer Maltin.
* Agħfas fuq ir-ritratti biex tara l-islide show.
2016-2017
Kinder Classes
2015-2016
Primary Classes
2017-2018
Kinder 1
Kinder 2
Year 1
Year 1.1 - Nature Days
Pine Collection (1st part)
Year 1.1 - Nature Days
Pine Collection (2nd part)
Year 2 at Buskett Gardens
Year 4
Year 2
Year 5
Year 3
Year 6
2019-2020
- Attivitajiet li saru l-iskola
- Attivitajiet li saru d-dar
Year 1
Year 5
Year 6
Year 2
Year 3
2019
Nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru kellna żjara mis-Sinjura Vella, il-mara tal-President tar-Repubblika George William Vella, bħala parti mill-BOV Piggy Bank Campaign b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Is-Sinjura Vella ġiet milqugħa mill-Kumitat EkoSkola u mill-Kunsill tal-Istudenti. Il-Presidenti taż-żewġ kunsilli qraw il-messaġġ ta' merħba li ġie segwit mill-Ispecial Assembly bit-tema solidarjetà, ippreżentata mill-istudenti tas-snin 6.2 u 6.3 fil-forma ta' reċta. Wara l-istudenti tal-Kinder kantaw kanzunetta u anke tefgħu xi donazzjonijiet fil-karus. Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll is-Sur Trevor Zahra, awtur popolari ħafna mat-tfal, u qara żewġ poeżiji lit-tfal preżenti. Is-Sinjura Vella ppreżentat ukoll xi kotba lill-iskola.