
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Laqgħa mal-Kunsill tal-Iskola
Il-laqgħa infetħet mill-President tal-EkoSkola, fejn esponiet ix-xogħol li jwettaq il-kumitat u spjegat il-miri tagħna bħala skola.
Nhar il-21 ta’ Marzu, 2016 il-Kumitat EkoSkola kellu l-ewwel laqgħa mal-Kunsill tal-Iskola. Ġiet ippreparata Powerpoint Presentation sabiex il-membri tal-Kunsill tal-Iskola jkunu jistgħu isegwu u jifhmu aħjar il-ħidma li qed iwettqu l-membri tal-Kumitat EkoSkola.


Il-membri qegħdin jispjegaw l-analiżi ambjentali li għamilna dwar l-ilma, l-enerġija, l-iskart u s-saħħa.




Is-segretarja qed titkellem dwar il-Catch the Drop Campaign.
Żewġ membri qegħdin spjegaw ir-riżultati li sibna meta sar l-Analiżi Ambjentali u qalu x’wettaqna biex ntejbu l-affarijiet.


Eco-Warden qegħda titkellem dwar l-inizjattivi li ħadna bħal: nisseparaw l-iskart, Turu t-Turist, Battery Buster Campaign, Nirriċikla għall-Istrina; u l-attivitajiet li wettaqna bħal: żewġ recti - Going Green, Nieħdu ħsieb l-ambjent; żjarat li ħa sehem fih il-Kumitat – Analiżi Ambjentali f’San Vincenz, Summits u Chogm.
Nhar it-2 ta' Mejju, 2016 l-iskola tagħna kellna l-ewwel Jury visit mill-membri Kumitat EkoSkola fejn l-istudenti kellhom laqgħa informattiva ħafna u ddiskutew dwar il-proġetti li ħdimna fuqhom għal dawn is-sentejn sħaħ.

Nhar is-17 t'April, 2018 il-Kumitat EkoSkola kellu laqgħa mal-Kunsill tal-Iskola biex jinfurmahom dwar kif ġie mwettaq il-proġett Nieklu b'Responsabbiltà. Ġiet ippreparata Powerpoint Presentation sabiex il-membri tal-Kunsill tal-Iskola jkunu jistgħu isegwu u jifhmu aħjar il-ħidma li qed iwettqu l-membri tal-Kumitat EkoSkola.


Il-laqgħa infetħet mill-President tal-EkoSkola, fejn spjega il-Pjan t'Azzjoni li hu marbut mal-proġett li ħdimna fuqu.
Miguel qed jispjega l-għan tal-proġett:
- Li nqajmu kuxjenza dwar l-importanza li nitgħallmu nagħmlu għażliet bil-għaqal fil-qasam tal-konsum tal-ikel.
- L-UŻU TA' PRODOTTI LOKALI.
- Il-konsum u l-ippreservar tal-ikel sabiex jitnaqqas il-ħela.


Jan qed jispjega lill-membri tal-PTA x'intqal waqt il-Morning Assembly.
Luigi tkellem dwar Jum iċ-Ċelebrazzjoni li kienet bit-tema Frott u Ħaxix Lokali. Xi studenti spjegaw x'għamilna waqt l-attività li saret fuq iz-zuntier tal-knisja ta' Ħaż-Żebbuġ. Hawnhekk il-ġenituri ddiskutew ukoll dwar l-irwol u l-involviment tagħhom waqt din l-attività


Francesca tkellmet dwar iż-żjara li l-Kumitat wettaq fir-Razzett Ekoloġiku tal-Imġarr.
Philip ikkonkluda din is-sessjoni billi espona l-pjanijiet futuri tal-kumitat. Fl-aħħar tas-sessjoni il-membri tal-PTA ingħataw iċ-ċans li jistaqsu xi mistoqsijiet lill-membri tal-Kumitat Ekoskola.
Nhar id-9 ta' Mejju, 2018 iltaqgħu flimkien iż-żewġ kunsilli tal-Iskola tagħna, Il-Kunsill tal-Istudenti u l-Kumitat Ekoskola. L-għan kien li nżommu lill-Kunsill tal-Istudenti nfurmat bil-proġetti li għaddejjin fi ħdan il-Kumitat EkoSkola. L-istudenti tal-Kunsill staqsew xi mistoqsijiet filwaqt li l-istudenti tal-EkoSkola taw it-tweġibiet u ddiskutew x'se jkunu qed iwettqu matul is-snin.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Nhar l-10 ta' Mejju, 2018 l-iskola tagħna kellna it-tieni Jury visit sabiex inkunu nistgħu nġeddu l-Green Flag. L-istudenti kellhom laqgħa informattiva oħra mal-membri tal-Kumitat EkoSkola fejn ddiskutew dwar il-proġett Nieklu B'Responsabbiltà.



Nhar il-15 ta' Mejju, 2018 ilqajna l-iskola tagħna lis-Sindku Sarah Agius. L-istudenti tal-Kumitat EkoSkola xtaqu jiltaqgħu magħha sabiex iwasslu xi suġġerimenti, kummenti, kif ukoll xi ilmenti. Huma urew ukoll ix-xewqa li jaħdmu iktar mal-Kunsill Lokali. Min-naħa tagħha is-Sindku rrispondiet għal mistoqsijiet tal-istudenti u wegħdithom li se tieħu ħsieb tirranġa xi affarijiet, fejn hu possibbli.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Fost il-punti ewlenin li ssemmew, kienu dawn:
-
L-istudenti jixtiequ post ħdejn il-bandli fejn iħawlu l-ħxejjex.
-
Issemma' ħafna l-bżonn ta' iktar bins fejn jintrema' l-iskart madwar il-lokalità. Jinħass il-bżonn li l-widien jindafu iktar ta' spiss.
-
L-immaniġjar tat-traffiku: ipparkjar fuq id-double yellow lines u bankini, sewqan sfrenat speċjalment bil-lejl, nuqqas ta' osservar tat-traffic signs u oħrajn.