top of page
Riżulati tal-Awditjar Ambjentali: Skart
 - X’rajna rigward l-iskart waqt l-awditjar
Aspetti pożittivi:
  • Ittri jintbagħtu lill-familji minflok tfal individwali.
  • L-affarijiet jinxtraw bl-ingrossa biex niffrankaw il-ħela tal-ippakkjar.
  • Envelops użati jerÄ¡għu jintużaw.
  • Il-karti jiÄ¡u pprintjati minn żewÄ¡ naħat.
  • Il-karti u l-plastik jiÄ¡u rriÄ‹iklati.
  • L-iskola nużaw karti rriÄ‹iklati. 
  • L-iskola fil-maÄ¡Ä¡or parti tagħha tinżamm nadifa.

  • L-iskart jintrema f’kontenituri separati.

 

Aspetti negattivi:

  • L-iskola ma tibgħatx posta elettronika lill-Ä¡enituri.
  • L-iskart qed ikun mitfuh Ä¡ol-borża s-sewda flok jiÄ¡i sseparat.
  • Dokumenti ma jinżammux issejvjati bħala soft copies imma jiÄ¡u pprintjati.
  • It-tojlit pejper m’huwiex magħmul minn materjal irriÄ‹iklat.
  • Sibna xi ftit tixjus mal-art fil-plejgrawnd.

 - X’azzjonijiet ħadna
Mis-sena l-oħra bdejna naħdmu mill-ewwel sabiex intejbu s-sistema ta’ kif nisseparaw l-iskart. Fl-iskola għandna kontenituri kbar blu u bojod u kull klassi tiÄ¡bor il-karti u l-plastik għalihom u jintremew f’dawn il-kontenituri. L-iskart li qegħdin nirriÄ‹iklaw, noħorÄ¡uh barra nhar ta’ Tlieta. Nistgħu ngħidu li kulħadd qed jikkopera magħna u l-kontenituri qed jintlew malajr. 
Aħna ħassejna li t-tfal tal-iskola qed iħammġu t-tojlits ħafna u ridna nagħmlu xi ħaġa sabiex ikollna tojlits nodfa. Xtrajna bins u qassamnihom f’kull toilet sabiex it-tfal flok jarmu ġot-tojlit u nsoddu d-dranaġg, kulħadd jibda jarmi ġol-kontenitur.
Iddeċidejna li nagħmlu Morning Assembly biex kulħadd ikun jaf dwar l-importanza li nżommu l-ambjent nadif. Huwa neċessarju li min juża t-tojlit, ma jħammiġx għax wara se jużawh tfal oħra. Kulħadd wassal xi messaġġ importanti bħal: ma narmux affarijiet fit-tojlit jew mal-art, nifflaxjaw it-tojlit wara li nużawh, ngħalqu s-sedil kull darba li nużawh. Wassalna l-messaġġ li ambjent maħmuġ iġib il-mard, għalhekk huwa importanti ħafna li nżommuh nadif.
Dorna dawra mal-iskola kollha sabiex niċċekjaw jekk insibux xi postijiet maħmuġin jew mhux daqshekk indaf. Inħossu li l-iskola tagħna tinzamm nadifa għax għandna staff li jnaddaf ta’ spiss. Madankollu sibna xi karti fil-btieħi u ddeċidejna li bħala azzjoni għandna nwaħħlu stampi, li t-tfal pinġew flimkien mal-ġenituri tagħhom, mal-ħitan madwar l-iskola. Dawn l-istampi juru l-importanza li nżommu l-ambjent nadif u li għandna narmu l-iskart fil-kontenituri.

Kulleġġ San Injazju

Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ

bottom of page