
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Żjarat tal-Kumitat
Waqt din l-attività kien hemm preżenti l-media lokali. Fil-website li hawn indikata hawn taħt, tista' taqra l-artiklu li nkiteb dwar din l-okkażjoni u tara ritratt meħud lill-istudenti tal-kumitat tagħna.
http://inewsmalta.com/dart/20150429-inawgurat-nien-botaniku-san-vin-enz-de-paul
Analiżi Ambjentali f’San Vincenz de Paul
Nhar id-19 ta’ Frar, 2015 l-iskola tagħna ħadet sehem f’analiżi ambjentali f’San Vincenz. L-istudenti tal-kumitat Eko-Skola li jinsabu fis-sitt sena ħadmu flimkien bħala team sabiex jassessjaw is-sistema li qed tintuża sabiex jiġi mħares l-ambjent. Peress li dan l-eżerċizzju sar fil-komunità, intlaħqu l-miri meħtieġa li jirrikjedi li jkun hemm, fir-rigward tal-Edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli. L-istudenti daru fil-kmamar tar-residenti, il-postijiet tar-rikreazzjoni u anki l-grawnds. Staqsew xi mistoqsijiet lill-istaff sabiex jaraw jekk tinħadimx sistema ta’ reċiklaġġ, kompost u affarijiet oħra. L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jiddiskutu ma’ xi residenti dwar kif iħossuhom fir-residenza ta’ San Vincenz. Fl-aħħar kellhom l-opportunità li jirrappuratw dak li sabu waqt li kienu qed iwettqu l-audit.


Fid-29 t’April, 2015 l-iskola tagħna reġa’ kellha l-opportunità li tattendi San Vincenz sabiex tippreżenta il-Pjan t'Azzjoni tal-analiżi ambjentali li kien sar nhar id-19 ta’ Frar. Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew dwar is-solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, l-istudenti kellhom l-opportunità li jqajmu kuxjenza ambjentali permezz ta’ riflessjonijiet li għamlu rigward it-tisbieħ u rakkomandazzjonijiet dwar l-żvilupp li jista’ jsir f’San Vincenz sabiex jirrendi l-kwalità tal-ħajja tar-residenti aħjar. Waqt din l-attività ġie inawgurat ġnien botaniku mis-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.




We care about our future
EkoSkola 4th Young People’s Environmental Summit
F’din l-attività l-istudenti kellhom l-opportunità li jiddiskutu suġġett importanti li jolqot ħafna nies madwar id-dinja. F’dan is-summit l-istudenti iddiskutew is-suġġett Eradicate extreme poverty and hunger. Il-punti ewlenin li ħarġu huma: il-bżonn ta’ Edukazzjoni sabiex nies foqra jsiru indipendenti u l-ħtieġa li pajjiżi oħra jipprovdu l-mediċini sabiex innaqqsu l-mard.


Il-Miri għall-Iżvilupp tal-Millennju
Dikjarazzjoni tas-Summit li sar fis-7 ta’ Mejju, 2015
-
ninkoraġġixxu li jitkomplew u jissaħħu kampanji sabiex jinġabru l-fondi ħalli jimbnew bjar u faċilitajiet sanitarji f’pajjiżi foqra.
-
nissuġġerixxu lill-kuntratturi lokali sabiex jibnu skejjel f’pajjiżi foqra li jkunu viċin tal-bjar ħalli t-tfal ma jitilfux l-iskola meta jmorru jiġbru l-ilma. Dan japplika wkoll għall-bini ta’ faċilitajiet sanitarji.
-
inħossu li f’Malta għandu jkun hemm aktar infurzar tal-liġi li tipproteġi l-ħażna tal-ilma li għandna mill-pestiċidi, fertilizzanti u kimiċi oħra.
-
nemmnu li f’pajjiżna għad fadal xi jsir sabiex naħżnu b’mod għaqli l-ilma tax-xita u nerġgħu nirriċiklaw u nużaw l-ilma użat/maħmuġ.
11th Eko-skola Parliament Session
Fis-27 ta’ Mejju, 2015 żewġ studenti mill-Kumitat Ekoskola marru l-Parlament sabiex iwasslu l-fehmiet tagħhom rigward l-faqar fid-dinja u x’għandhom jagħmlu l-pajjiżi sviluppati sabiex jgħinu lill-pajjiżi tat-tielet dinja joħorġu mill-faqar li jinsabu fih.



13th Eko-skola Parliament Session
Nhar id-19 t'April 2018 żewġ studenti mill-Kumitat EkoSkola, Philip Żammit u Krista Balzan,
irrappreżentaw l-iskola fil-parlament flimkien ma' 28 skola oħra. Huma ppreżentaw proposti li ġew moqrija u mogħtija lill-ispeaker fil-preżenta ta' ministri u deputati miż-żewġ naħat tal-kamra. Fost il-proposti li spikkaw kien hemm:
-
Il-bini esaġerat u bla kontroll li tiela' f'ċerti nħawi ta' Malta: l-istudenti Għawdxin stqarrew li ma jixtiqux li Għawdex jimtela' bil-bini bħal ma qed jiġri Malta.
-
L-immaniġjar tal-iskart: hawn ġie enfasizzat ir-rimi tal-plastik li sfortunatament jintefa' fil-baħar.
-
L-obesità speċjalment fost it-tfal: skola qed taħdem fuq proġett flimkien ma' restoranti sabiex fuq il-parti tal-menu li hi ddedikata lit-tfal, jiġi offrut ikel bnin u tajjeb għas-saħħa.




Chogm: Innaqsu l-Faqar fil-Pakistan
2015
Matul ix-xahar t-Ottubru l-istudenti li jiffrumaw parti mill-kumitat Eko-Skola ħadmu ħafna sabiex ifittxu informazzjoni relatata mal-faqar fid-Dinja. Bħala pajjiż magħzul kien il-PAKISTAN. L-istudenti fittxew informazzjoni rilevanti rigward dwar x’jikkawża l-faqar u l-effetti li jġib miegħu l-faqar. Huma ħarġu ukoll b’soluzzjonijiet li l-pajjiżi madwar d-dinja għandom jaddottaw sabiex jitnaqqas il-faqar b’mod drastiku.


F’dan il-proġett inkludejna l-istudenti kollha tal-ħames sena fejn huma ukoll għamlu riċerka flimkien mal-għalliema u l-ġenituri. L-istudenti ġew imħeġġa jippreżentaw ix-xogħol tagħhom permezz ta’ ċarts, bukmarks, mudelli u oħrajn. Dawn huma uħud mix-xogħlijiet li għamlu t-tfal:

Il-faqar hu problema dinjija: ejja nagħtu daqqa t'id.

Mudell tri-dimenzjonali li juri postijiet fqar fil-Pakistan.

Mudell li juri nies iżommu id xulxin: soluzzjoniet offruti sabiex jinqered il-faqar fil-Pakistan.

Mudelli li jissimbolizzaw djar foqra magħmula mill-jablo.


Proġett dwar il-faqar.
Xogħol ieħor li sar mill-istudenti tal-ħames sena.






Nhar l-20 ta' Novembru, 2015 l-istudenti tal-ħames u s-sitt sena li jiffurmaw parti mill-kumitat Eko-Skola attendew għall-attività tac-CHOGM fis-summit bit-titlu ta’ Young Citizens’ Summit, attività li saret id-Dolmen Hotel li seħħet fil-preżenza tal-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro. L-istudenti tal-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ, flimkien ma’ studenti ta’ skejjel oħra, ddiskutew dwar il-faqar fil-Pakistan u flimkien waslu għal xi soluzzjonijiet neċessarji li jistgħu jnaqqsu l-faqar madwar id-dinja. Il-Mozzjoni ġiet imressqa quddiem il-Prim Ministru Joseph Muscat.




Esebizzjoni l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
We care about our future
EkoSkola 6th Young People’s Environmental Summit
Fis-summit l-istudenti kellhom l-opportunità li jiddiskutu u jiddibattu dwar it-tema Climate Change. L-istudenti urew tħassib serju dwar l-effetti li t-tibdil fil-klima qed iħalli madwarna;
Il-punti ewlenin li ħarġu f'dan is-summit dwar:
-
il-konġestjoni tat-traffiku, fejn l-istudenti elenkaw xi suġġerimenti dwar x'jista' jsir;
-
huwa dwar il-konsum tal-enerġija u ngħataw xi suġġerimenti dwar enerġija alternattiva;
-
l-importanza li titnaqqas id-deforestazzjoni.




We Eat Responsibly
Engaging schools and communities in Education for Sustainable Development
Nhar il-11 ta' Jannar 2017 attendejna għal laqgħa ippreseduta mill-Hon Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol. L-istudenti kellhom l-opportunità li jitħarrġu dwar it-tema Nieklu b'responsabbiltà: il-konsum tal-ikel f'kuntest globali.
L-istudenti setgħu jieħdu sehem f'attivitajiet li jinkludu:
-
it-tkabbir ta' ħxejjex;
-
ikel bnin u tajjeb għal saħħitna bis-sehem ta' Fonzu l-Fenek;
-
Flick the Switch Floor Game.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
We care about our future
EkoSkola 7th Young People’s Environmental Summit
Fis-summit l-istudenti tal-iskola tagħna flimkien ma' studenti oħra kellhom l-opportunità li jiddiskutu u jiddibattu dwar it-temi:
- Water Resources: tingħata importanza lill-ippreservar tal-ilma tax-xita; ikun hemm tnaqqis fit-taxxa lill-familji u kumpaniji li jnaqqsu l-konsum tal-ilma .
- Climate Change: inċentivi li jħeġġu iktar nies jippjanaw użu alternattiv ta' enerġija; jitnaqqas il-ħela tal-ikel sabiex innaqsu t-tniġġiż li jinħoloq fl-arja kkawżat mill-importazzjoni; jintuża iktar it-trasport pubbliku.

- Circular Economy: il-benessri tal-bniedem għandu jitpoġġa qabel kull profitt; tinħoloq kampanja sabiex tġeġġeġ lin-nies jixtru prodotti użati, iqassmu jew ipartu prodotti li m'għandhomx bżonn; isiru iktar prodotti minn materjal reċiklat.


Water Explorer
Launch and Information Session
2017
Waqt din is-sezzjoni l-istudenti setgħu jitgħallmu dwar in-neċessità li nibżgħu għall-ilma u li nassiguraw li l-ilma li nużaw għal ħajja ta' kuljum huwa ta' kwalità tajba. L-istudenti tal-kumitat ħadu sehem f'workshops interattivi bħal: informazzjoni dwar l-istrumenti tal-metereoloġija; informazzjoni dwar tħaffir fil-blat biex jiġi ddeterminat fejn jista' jinstab l-ilma; logħob interattiv fuq l-Active Panel; l-użu ta' ramel b'effetti tad-dawl fuqu li ħeġġeġ lill-istudenti sabiex jesploraw il-moviment tal-ilma.




Razzett Ekoloġiku
2018
F'Jannar l-istudenti tal-kumitat kellhom l-opportunità li jżuru Razzett Ekoloġiku fejn il-ħxejjex li jiġu prodotti, huma kollha mkabbra b'mod naturali u ma jintużawx pestiċidi. L-istudenti tgħallmu dwar iż-żmien ideali li jitħawlu l-ħxejjex u kif wieħed għandu jieħu ħsiebhom. L-istudenti żaru ukoll is-serer u setgħu iduqu ftit frawli friski li kienu għadhom kif inqatgħu mill-pjanta. Waqt l-attività tgħallmu ukoll kif tiżra' l-ġulbiena. Fl-aħħar tal-attività setgħu jixorbu smoothie frisk magħul minn ħalib tar-ross u banana.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
FEE Fest
2018
Fis-26 ta' Novembru il-membri tal-kumitat Ekoskola, flimkien ma' ġenitur li hi membru tal-PTA, attendejna għall-FEE FEST (Foundation for Environmental Education). Il-programmi tagħha jirrappreżentaw ix-xejra assoluta fl-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli. Permezz ta' dawn il-programmi, il-viżjoni tal-FEE hija li tinkoraġġixxi aktar lin-nies sabiex jgħixu b'mod sostenibbli, b'tali mod li jħarsu iktar l-ambjent.
Waqt dil-ġurnata l-istudenti kellhom l-opportunità li jieħdu sehem f'workshops varji fosthom:
- Aqra miegħi
- Fair Trade Games
- Prayer Spaces
- Transport Malta Workshop
- Turtle Rescue
- Wardija Resource Centre – Organic Farming
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Żjara fil-Ġnien taċ-Ċiniżi
2018
Fis-29 ta' Novembru il-membri tal-kumitat Ekoskola, flimkien ma' ġenitur li hi membru tal-PTA, morna sal-Ġnien taċ-Ċiniżi sabiex, filwaqt li nqattgħu siegħa f'ambjent rilassanti u kalm, naraw ftit xi pjanti, siġar u annimali li jgħixu f'dan il-ħabitat. L-istudenti għoġbithom papra li kien hemm preżenti u li bdiet issemma' leħinha ġmielha, donnu biex turina li kienet kuntenta bil-preżenza tagħna. Fl-ilma kien hemm ukoll fekruna adulta li kienet qed tieħu gost tgħum u kultant tieqaf tistrih. L-istudenti qagħdu jfittxu ukoll jekk kienx hemm xi gremxul jew annimali żgħar oħra. Sabu xehda u nnutaw li kien hemm siġra viċin li kienet mimlija żnażan. Għal daqstant, ersaqna ftit ħalli ma ntellfux il-ħidma prezzjuża tagħhom.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Island Sanctuary
2018
Fis-29 ta' Novembru flimkien ma' ġenitur li hi membru tal-PTA, morna sal-Island Sanctuary fejn qattajna siegħa mal-klieb li jinsabu f'das-santwarju. Mal-wasla tagħna insibu lil Sylvia tistenniena. Hija spjegatilna r-regolamenti bażiċi tas-santwarji. Hija kellmitna fuq il-ħajja ta' diversi klieb u dwar kif iqattgħu l-ġurnata tagħhom.L-istudenti ħadu ħafna gost jilagħbu mal-annimali. Huma tgħallmu dwar kif għandhom jieħdu ħsieb l-annimali u dwar il-bżonnijiet tagħhom ta' kuljum. Innutajna li huma klieb li qed jingħataw ħafna mħabba u l-post jinżamm nadif ħafna. Il-volontarjat huwa neċessarju mmens. Fil-fatt Sylvia qaltilna li jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet li jibgħatulhom in-nies.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Dis-sena fil-Milied ddeċidejna li niġbru donazzjonijiet ta' ikel, kutri u saqqijiet użati mill-iskola tagħna sabiex nippreżentawhom lil żewġ santwarji li għandna f'Malta.
Għamilna Morning Assembly sabiex naqsmu l-esperjenza tagħna fl-Island Sanctuary mal-kumplament tal-iskola kollha.
Ħeġġiġna lil kulħadd sabiex iġibu affarijiet utli sabiex nagħtuhom bħala donazzjoni lis-santwarji.
Nhar l-20 ta' Diċembru żewġ rappreżentanti mill-AAA u Island Sanctuary ġew biex jiġbru l-affarijiet kollha li ġabu t-tfal għall-annimali. Saret preżentazzjoni kemm fil-bitħa tal-iskola primarja, kif ukoll fis-sala tal-Kinder. Ir-rappreżentanti rringrazzjaw minn qalbhom lit-tfal u faħħruhom ħafna ta' din l-inizzjattiva.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Ġnien it-Tfulija
2019
F'Ġunju tal-2018 il-kumitat EkoSkola kellu laqgħa mas-Sindku Sarah Agius Saliba, fejn l-istudenti kienu talbuha xi ġnejna li jkunu jistgħu jikkultivawha huma stess. Is-Sindku laqgħet it-talba tagħhom u ingħatajna parti minn Ġnien it-Tfulija. Sar tisbieħ ta' dal-ġnien u l-inawgurazzjoni seħħet nhar l-10 ta' Diċembru 2018.
F'jannar tal-2019 iltqajna flimkien mal-ġardinara tal-ġnien sabiex nibdew niżirgħu ful, piżelli u ġirasol. L-istudenti tagħmlu jużaw iz-zappun u jħaffru sabiex jiżirgħu ż-żrieragħ. Wara li żergħuhom, għattew kollox bil-ħamrija u saqqewhom ukoll.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Bħala follow-up ta' din l-attività, l-istudenti kellhom ifittxu xi informazzjoni dwar kif inkabbru l-ħjejjex u l-pjanti u l-iskola għamlu ċart flimkien.
Lejn l-aħħar ta' Mejju morna sal-ġnien sabiex naqtgħu u nieklu l-ful li konna żrajna.
Nhar id-29 ta' Novembru, 2019 il-Kumitat mar sa' Ġnien it-Tfulija sabiex jiżra' il-Ġirasol, il-ful u ċ-ċiċri.
Piscopo Gardens
2018-2019
Matul is-sena skolastika 2018-2019, il-Kunsill tal-Istudenti ħadem fuq proġett biex jissebbaħ l-ambjent tal-iskola. L-ewwel ħaġa li saret kienet li jinġabru l-fondi għal dan il-proġett billi fil-11 ta’ Diċembru ġiet organizzata Santa’s Day. Dak inhar it-tfal kollha tal-iskola ġew libsin kostum jew kappell ta’ Santa Klaws u taw donazzjoni ta’ Ewro.
Bil-flus li nġabru nxtraw qsari kbar biex jitpoġġew fit-twieqi tal-kuruturi fejn hemm il-klassijiet, kemm tal-Kinder kif ukoll tal-Primarja. Fl-20 ta’ Frar, 2019 l-istudenti marru għand Piscopo Garden Centre ta’ Burmarrad fejn bil-għajnuna tal-istaff tal-ħanut, ħawlu pjanti u fjuri ġol-qsari li nxtraw. B’kollox ġew imħawwla 222 pjanta f’74 kontenitur. F’din l-esperjenza, l-istudenti tgħallmu kif iħawlu tipi differenti ta’ pjanti u fjuri, x’tip ta’ kompost għandhom bżonn u kif jieħdu ħsiebhom.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
We care about our future
EkoSkola 9th Young People’s Environmental Summit
L-argumenti li ddiskutejna fis-summit huma dawn:
Nuqqas t’għelieqi u ambjent naturali minħabba l-bini eċċesssiv li qed jinbena.


L-Importanza Tal-Ambjent Naturali:-
-
Jgħin lill-bniedem billi jkun aktar bsaħħtu ġo ambjent nadif .
-
Inaqaas iċ-ċans li n-nies jimirdu b’mard serju specjalment mard li għandu x’ jaqsam man-nifs.
-
Il-bniedem ikollu aktar postijiet fejn jirrilassa u jmur għall-kwiet u l-mistrieħ tiegħu.
-
Is-siġar inaddfu l-arja maħmuġa tat-traffiku li qed jiżdied kuljum.
-
Is-siġar ukoll jipprovdu d-dell ,inaqqsu s-sħana u b’hekk naħlu inqas dawl billi nnaqsu l-użu tal-airconditioning.
Kawżi ta’ żieda qawwija fil-bini:-
-
Żiedu ħafna nies barranin minn 5,000 ħames snin ilu sa’ 10,000 illum.
-
Il-permessi tal-cranes tal-bini huma rħas u għalhekk jibqgħu jgħalqu t-toroq għal ammont twil ta' żmien sakemm jitlesta x-xogħol. Dan joħloq iktar konġestjoni tat-traffiku u tniġġiż fl-arja.


Effetti:-
-
Bil-makkinarju li jintuża għall-bini, l-arja qegħda titħammeġ minħabba l-emissjonijiet tal-gassijiet.
-
It-turisti jibdew jonqsu għax ikun hawn anqas postijiet tan-natura x’jaraw u postijiet fejn jirrilessaw.
-
Qed jinqerdu ħafna annimali u l-ambjent ta' fejn jgħixu.
-
Żdied aktar l-istorbju tal-inġenji li jintużaw waqt ix-xogħol tal-kostruzzjoni.
-
Dan l-istorbju għal tul ta’ żmien jista' jwassal għal nuqqas ta’ rqad u problemi fil-widnejn.
X’nistgħu Nagħmlu?
-
Aktar sforz biex jittranġaw il-liġijiet biex jiltaħqu dawn il-problemi.
-
Importanti li nieħdu ħsieb postijiet storiċi li jissalvagwardjaw l-identità Maltija.
-
L-awtorità tal-ippjanar (M.E.P.A) għandha tinforza l-liġijiet sabiex ma jitlgħax bini f’area O.D.Z ħalli ma jinqerdux annimali li jgħixu f’dawn il-postijiet.
-
Isir ftehim biex jintużaw madwar 70,000 postijiet li jinsabu inutilizzati.
-
Ikun hawn aktar edukazzjoni fuq kull mezz tal-media dwar l-importanza tal-ambjent naturali u kif nibżgħu għalih.
-
Aktar laqgħat u diskussjonijiet bejn persuni u gruppi li jieħdu ħsieb l-ambjent, biex nissalvagwardjaw l-ambjent naturali.

14th EkoSkola Parliament Session
Waqt is-sessions fil-parlament li seħħet nhar it-3 t'April, 2019 ġew diskussi dawn il-punti ewlenin:
-
It-traffiku fit-toroq u t-tniġġiż tal-arja regularly.
-
L-iskart li jintrema fil-baħar (enfażi fuq l-użu tal-plastik).
-
Nuqqas ta' ambjent naturali minħabba l-bini eċċessiv.




Clean up: Wied Qirda
2019
Nhar id-9 ta' Mejju 2019 il-Kunsill tal-Istudenti u l-Kumitat EkoSkola ingħaqdu flimkien sabiex imorru inaddfu Wied Qirda, Din l-attività kienet sponsorjata mill-HSBC.
Il-membru ġabru kull tip ta' skart, li jinkludi: laned, ġablow, tyres, plastik u oħrajn. Meta lestejna ċempilna lill-kunsill lokali sabiex jibgħat lill-persuni inkarigati sabiex jgħabbu kollox ġot-trakk u joħduh magħhom.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Xrobb l-Għaġin
2019
Nhar is-17 ta' Diċembru 2019 il-Kunsill tal-Istudenti u l-Kumitat EkoSkola ingħaqdu flimkien sabiex jattendu għal żjara edukattiva fiċ-Ċentru ta' Xrobb l-Għaġin.
L-attività mmirata għall-istudenti bit-titlu Through the Artist's Lense kienet tinvolvi diversi attivitajiet fejn iż-żewġ kumitati setgħu jikkollaboraw sabiex joħolqu xeni bil-ħsieb li iqajmu kuxjenza dwar it-tniġġiż li qed nikkawżaw lill-ambjent.
Bdejna billi Ms. Esther Sammut Carbone tatna spjeazzjoni rigward il-lokalità nnifisha, kif ukoll il-mezzi li jintużaw sabiex tiġi kkonservata l-enerġija.
L-istudenti kellhom l-opportunità li jkunu f'kuntatt man-natura speċjalment fejn ġew imħeġġa jisimgħu fis-skiet il-ħsejjes naturali li hemm fil-post.
L-istudenti ħadu sehem f'workshop interattiv u informattiv fejn kellhom joħolqu xena li tevidenzja l-ħsara lil jikkawża l-iskart lill-annimali u wara jieħdu ritratt bit-teblit. Fl-aħħar taż-żjara saru preżentazzjonijiet fejn kull grupp wera u ta spjegazzjoni tar-ritratti lill-kumplament tal-istudenti.
Noah's Ark Sanctuary
2020
Fid-19 ta' Frar morna sa' Noah's Ark fejn qattajna nofs ta' nhar mal-klieb li jinsabu f'das-santwarju. Mal-wasla tagħna insibu lil Richard jistenniena sabiex ilaqqagħna mal-klieb u jirrakkuntalna xi esperjenzi li għaddew minnhom qabel waslu s-santwarju. Wara ħadna żewġt iklieb passiġġata fil-kampanja.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Matul ir-randan se jinġabru ikel u affarijiet essenzjali għall-annimali mill-iskola tagħna, sabiex ngħinu lill-annimali li jgħixu Noah's Ark u Cats and Dogs Shelter.
Nota: din l-attività ma setgħax titkompla minħabba l-Covid-19.