
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Nieklu B'Responsabbiltà
Matul dawn is-sentejn li ġejjin l-iskola tagħna għażlet li tieħu sehem fil-proġett Nieklu b'Responsabbiltà bil-għan li nqajmu kuxjenza dwar l-importanza li nitgħallmu nagħmlu għażliet bil-għaqal fil-qasam tal-konsum tal-ikel. L-ikel jinsab fiċ-ċentru ta’ sfidi globali li qed tiffaċċja l-popolazzjoni fid-dinja tal-lum u l-mod kif qed ngħixu aħna jista’ jħalli impatt pożittiv jew negattiv fuq l-ambjent.
- L-iskola tagħna għażlet it-tema l-UŻU TA' PRODOTTI LOKALI. Meta wieħed jixtri prodott lokali ma jkunx biss qiegħed jippromwovi l-bejgħ ta' prodotti Maltin, imma jkun qed iħares l-ambjent għaliex permezz ta' tnaqqis ta' importazzjoni nevitaw it-tniġġiż fl-arja li qed iġib it-tibdil fil-klima.
- Se nittrattaw ukoll dwar il-konsum u l-ippreservar tal-ikel sabiex jitnaqqas il-ħela.
Sessjoni ta' Żvilupp Professjonali
Meta ddeċidenja li nidħlu f'dal-proġett, stedinna lil Ms. Cynthia Caruana, kordinatur tal-proġett Nieklu b'Responsabbiltà, sabiex tagħti ħasra ġenerali lill-istaff dwar dak li nistgħu nagħmlu bħala skola sabiex inwettqu il-proġett bis-sħiħ għal dawn is-sentejn.


Jum iċ-Ċelebrazzjoni
L-istudenti tal-ħames sena ppreparaw ikel Malti magħmul minn prodotti lokali li ġie mqassam lill-ġenituri wara l-preżentazzjoni tagħhom.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
L-istudenti tas-Sitt Sena ħadmu bis-sħiħ flimkien mal-għalliema sabiex itellgħu reċta bit-tema Frott u Ħaxix Lokali bil-għan li titqajjem kuxjenza fost dawk preżenti dwar l-importanza li nikkunsmaw prodotti lokali. B'hekk inkunu qed ngħinu lill-bejjiegħa ta' gżiritna, nnaqsu t-tniġġiż li jġib miegħu l-impurtar, kif ukoll nieklu ikel bnin u frisk kuljum. Ir-reċta ġiet miktuba minn żewġ membri adulti tal-kumitat EkoSkola Ms. Mary Grace Giordimaina u Ms. Marylene Portelli, filwaqt li d-direzzjoni kienet immexxija minn Ms. Leontine Spiteri.
Attività fil-Komunità
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Matul is-sena skolastika 2016-2017 l-għalliema tal-iskola, inklużi dawk peripatetiċi, ħadmu bis-sħiħ sabiex nhar l-10 ta' Mejju tittella' attività fuq iz-zuntier tal-knisja.
Kinder
It-tfal tal-kinder kellhom frotta xi jpinġu fuq karta jew sponge printing direttament fuq il-flokk li ntlibes dak inhar tal-attività. Waqt l-attivitajiet l-għalliema tkellmu dwar l-importanza li nieklu frott u ħaxix sustanzjuż għal saħħitna.




Primarja
Il-kumitat EkoSkola bagħat curriculum links lill-għalliema permezz ta' email sabiex jintwerew lill-istudenti waqt il-lezzjonijiet.
It-tfal tal-primarja kitbu l-inviti waqt il-lezzjonijiet sabiex wara jiġu impustati fil-kaxxi tal-ittri tan-nies tal-lokal. L-għan kien li nħeġġu kemm jista' jkun nies jattendu għal din l-attività.
Il-kumitat ħa ħsieb li jimmonitorja l-proċess kollu, saħansitra ċċekja l-inviti li kitbu l-istudenti sabiex niżguraw li jkunu miktubin b'messaġġ ċar u li jinftihem.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Il-Kumitat EkoSkola ħa sehem attiv f'din l-attivita' kemm sabiex jassigura li x-xogħol li kien qed isir f'kull klassi jsir kif kien ippjanat, kif ukoll ħa ħsieb iqassam l-inviti u jħeġġeġ lin-nies jattendu. Fl-islide show wieħed jista' jara lill-istudenti tal-kumitat, jiċċekja l-inviti, iqassamhom lura lill-għalliema sabiex l-istudenti tal-klassi jqassmu l-inviti fit-toroq. Barra minhekk l-istudenti tal-kumitat ħadu ħsieb ukoll iqassmu l-inviti u jħeġġu lin-nies sabiex jattendu.
Il-Kumitat EkoSkola ipprepara flimkien is-slogans b'messaġġ ċar li jrid jinkiteb fuq il-banners li ntużaw fil-mixja waqt l-attività. Dawn saru mill-klassijiet tal-Primarja waqt il-lezzjonijiet tal-Arti.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Nhar l-10 ta' Mejju waslet dik il-ġurnata tant mistennija fejn l-iskola ħarġet bi ħġara sabiex tagħmel mixja bil-banners sabiex inwasslu l-messaġġ li għandna Nieklu B'Responsabbiltà. It-tfal tal-Kinder kienu mlibbsin flokk bi frott/ħaxix fuqu u matul it-triq bdew jgħajtu l-isem tal-frott/ħaxix sabiex iħeġġu lin-nies preżenti jieklu iktar ħaxix u frott lokali. Min-naħa l-oħra, it-tfal tal-primarja imxew bil-banner li ppreparaw b'tant ħeġġa u dedikazzjoni waqt il-lezzjonijiet tal-arti.
L-attività fuq iz-Zuntier tibda bil-kanzunetta d-Dinja Tagħna, kantata mill-membri tal-Kumitat EkoSkola. L-istudenti tas-Sitt sena tellgħu ir-reċta Frott u Ħaxix Lokali fuq iz-Zuntier tal-Knisja ta' Haz-Zebbug, bil-għan li nqajmu kuxjenza fost il-komunità Żebbuġija dwar l-importanza li nikkunsmaw prodotti lokali.
F'din ir-reċta pparteċipaw ukoll l-istudenti tal-Ewwel sena ta' Ms. Sandra Farrugia, billi kantaw il-kanzunetta Ħaxix u Frott u l-istudenti tal-Ħames sena bil-kanzunetta Eating Responsibly: kitba ta' Ms. Isabelle Incorvaja u Mużika ta' Mro. John Żammit.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Morning Assembly
L-istudenti tal-kumitat EkoSkola ingħaqdu flimkien għal darb'oħra sabiex iwasslu messaġġ marbut mat-tema Nieklu b'Responsabbiltà. L-għanijiet ewlenin kienu li nkomplu nqajmu kuxjenza dwar: l-importanza li nieklu ikel san sabiex inżommu ruħna bsaħħitna; il-produzzjoni ta' prodotti lokali; in-neċessità li nevitaw il-ħela u nippreservaw.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Sezzjonijiet ta' tagħlim ma' Żaru
Ottubru 2107
L-istudenti tas-6 Peacocks kellhom l-opportunità li jitgħallmu dwar kif wieħed jipproċessa ż-żebbuġ. L-attività bdiet billi nġbarna flimkien ħdejn iż-zewġ siġriet taż-żebbuġ li għandha fl-entratura tal-iskola. Żaru spjega lit-tfal il-proċess kollu minn meta jinqata' ż-żebbuġ sakemm jasal għand il-konsumatur. It-tfal setgħu jaqtgħu ż-żebbuġ mis-siġar u jiġbruh ġol-boroż. Wara morna fil-Home Economics Room sabiex naħslu ż-żebbuġ u nħalluh ġo kontenitur għal tliet ijiem sakemm wara jkun jista' jiġi mmarinat u jitqassam fil-vażetti.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
April 2018
Wasal iż-żmien li nittawlu waħda liż-żejt sabiex naraw jekk sarx! L-istudenti laħalħu sew iż-żebbuġ mill-melħ qabel poġġewh ġol-ftira.
Erġajna laqqajna lill-istudenti tas-sitt sena sabiex nieklu ftira bnina magħmula miż-żebbuġ li konna għamilna aħna stess. il-ftira ħawwilniha bi prodotti lokali: kunserva, tadam, ħass u ton taż-żejt.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
April 2108
Waqt din is-sessjoni l-istudenti tal-5 Sea Shells tgħallmu dwar kif issir il-ġardiniera. Żaru spjega lill-istudenti li biex wieħed jagħmel il-ġardiniera għandu bżonn dawn it-tliet ingredjenti: pastards, karrotti u karfus. L-istudenti qaxru l-karrotti, filwaqt li l-membri tal-istaff qattgħu l-pastarda u l-karrotti f'biċċiet żgħar. Wara, il-ħaxix imqatta' tpoġġa ġol-vażetti flimkien mal-ilma u l-melħ oħxon.
L-istudenti ħadu ritratti bit-tablet tagħhom sabiex fil-klassi, flimkien mal-għalliema tagħhom, jagħmlu captions fuq ir-ritratti sabiex jerġgħu jiftakru dak li jkunu tghallmu.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara il-powerpoint
Taħtidiet ta' tisjir bil-għaqal ma' Karmen Tedesco
L-ewwel sessjoni
Waqt din is-sessjoni Karmen Tedesco spjegat dwar l-importanza li nieklu ikel san, b'dieta bilanċjata.




Huwa neċessarju li matul il-ġurnata nikkunsmaw porzjon normali minn dawn il-prodotti:
- Karboidrati: għaġin ismar, couscous, oats, bulgar wheat, barley, ross u patata. Huwa neċessarju li nikkunsmaw minn dawn il-prodotti bil-moderazzjoni. Karmen Tedesco spjegat ukoll kif wieħed għandu jsajjar l-ikel sabiex ma jitlifx il-vitamini li jkun fih.
- Ħaxix u frott: importanti li nieklu minn 5 sa' 9 ħxejjex u frott kuljum. Wieħed għandu jagħżel varjetà ta' kuluri (tal-qawsalla) peress li kull kulur għandu anti-ossidanti differenti.
- Prodotti tal-ħalib: kalċju, vitamini A u D. Il-kalċju jinsab fil-prodotti tal-ħalib li huma: ġobon, ġbejniet, irkotta u jogurt. Min hu intolleranti għal prodotti tal-ħalib jista' jsib il-kalċju fil-pruna, tin, berquq, sardin u inċova.
- Proteini: il-laħam fih hafna proteini. L-aħjar laħam għas-saħħa hu dak bajdani - tiġieġ, fenek, ħut u dundjan. Nistgħu nikkunsmaw 150g laħam abjad fil-gurnata. Il-legumi huma sostitut għal-laħam - ful, piżelli, għazz, fażola u ċiċri. Il-proteina ta' valur bijoloġiku għoli huwa tal-annimali għax fih iktar aċidi amminiċi (amino acids), mentri tal-legumi hu baxx. Jekk thallat il-legumi mal-kaloriji, jiżdied l-ammont ta' aċidi amminiċi li tkun qed tieħu mil-legumi. Il-bajd hu sors ta' proteina u fih il-vitamini A, D, E u K u fih ukoll l-aċidi amminiċi. Il-proteini nsibuhom ukoll fil-ġewż gellewż u karawett (100 gramma ġewż = 600 kalorija).


It-tieni sessjoni
Waqt din is-sessjoni Karmen Tedesco spjegat dwar kif għandna nippjanaw l-ikla ta' matul il-ġimgħa. Huwa neċessarju li wieħed ikun jaf x'se jsajjar sabiex jevita il-ħela u meta jmur għand tal-ħanut jagħmel xirja waħda. B'hekk ikun qed jiffranka l-ħin ukoll.
Tajjeb li nagħtu kas dawn il-punti:
-
Trid tikkunsidra ż-żmien tas-sena: ikel xitwi u ikel sajfi.
-
Għal min se tipprepara l-ikel: ċertu nies bħal tfal u anzjani jista' jkun li jkollhom bżonn jieklu ikel iktar addattat għalihom.
-
Min għandu xi intolleranza għal xi ikel: vegetarjan, lattosju u glutina.
-
Irridu nikkunsidraw il-budget li għandna u naraw x'inkunu se nonfqu għall-ikel. Nistgħu nixtru ħaxix u frott li jkun irħis u niffriżawh. Hemm affarijiet tal-ikel li għandhom budget baxx li bihom tista' tagħmel ikliet tajbin ħafna, bħal bajd, irkottau ton taz-zejt. Fil-kas tal-laħam, wieħed jista' jixtri dak li hu inqas u jużah f'ikel li jrid sajran fit-tul u b'hekk jirtab u jiġi tari.
-
Labour saving devises (blender, choppers): importanti li tixtri ftit minnhom għaliex iħaffu x'xogħol u wieħed isajjar iktar malajr.


It-tielet sessjoni




It-tielet sessjoni kienet tittratta dwar l-importanza li nippreservaw u nnaqqsu l-ħela. Iktar kemm jgħaddi żmien iktar qed titqajjem kuxjenza dwar kemm jintrema' skart organiku u skart ieħor li mhux qed jiġi rreċikalat. Aħna nistgħu nibdew nħarsu iktar l-ambjent billi nnaqsu l-ħela u nippreservaw.
Tajjeb li nagħtu kas dawn il-punti:
-
Insajru ikliet f'borma kbira, bħal minestra, naqsmuhom ġo kontenituri u niffrżawhom. B'hekk inkunu qed niffrankaw ukoll il-gas jew l-elettriku (skont x'cooker nużaw biex insajru).
-
Insajru l-ammont li għandna bżonn għal dik il-ġurnata ħalli ma jkollniex ħela.
-
Meta mmorru nagħmlu x-xirja niċċekjaw qabel x'għandna d-dar ħalli ma nixtrux affarijiet żejda. Tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li jekk nixtru ċertu ammonti tal-istess prodott b'data ta' skadenza fil-viċin, jispiċċaw jiskadu u narmuhom.
Ikel li jista' jiġi ffriżat:
-
Ħut u laħam: malli nixtruh naqsmuh f'porzjonijiet f'boroż differenti ħalli meta nkunu se nsajru noħorġu l-ammont li jkollna bżonn. Ħut u laħam xaħmi ma jistgħax jinżamm ġol-freezer għal żmien twil għax jibdel it-togħma.
-
Il-frawli tista' tiġi ffriżata sħiħa jew midħuna.
-
Il-banana tista' tqaxxarha, taqsamha u tiffriżaha.
-
Karfus u tursin: aħsilhom, qattagħhom irqiq u ffriżahom gol-ice cubes.
-
Il-ħalib jista' jiġi ffriżat bil-pakkett b'kollox.
-
Il-ħobż jista' jiġi ffriżat sħiħ.
-
It-tadam jista' jiġi midħun u ffriżat bħas-sugu.
-
Zalza: sajjar iz-zalza, qasamha f'kontenituri u wara li tiksah iffriżaha.
-
Ikel bħal lasagna u torti jistgħu jiġu ppreparati (nejjin) u mqassmin f'kontenituri sabiex jitpoġġew fil-freezer. Meta wieħed ikun se jsajjar xi ħaġa minnhom, kemm joħroġha mill-freezer ħin qabel sabiex tittowja u jsajjarha fil-forn. Dan hu mezz tajjeb ukoll biex wieħed jiffranka l-ħin.
Biex ma taħlix ikel:
-
Meta tixtri l-laħam frisk ġeneralment ikollu data li tkun tiskadi fi ftit żmien. Jekk ma jkunx se jintuża kollu, importanti li tifirdu f'porzjonijiet u tiffiżah mill-ewwel ħalli ma jiħżinx.
-
Jekk ikollok xi ħalib li se jiskadi tista' tiffriżah. Meta toħorġu mill-freezer trid tużah mill-ewwel.
-
Jekk ikollok ħobż żejjed tista' tfarrku, tiffriżah u tużah bħala bread crumbs.
-
Meta tkun se tiffriża l-ikel tal-imgħarfa qasmu f'kontenituri ta' porzjon wieħed ħalli ssaħħan biss kemm għandek bżonn.
Kif tistorja l-ikel:
-
Dejjem aħsel il-kontenituri sew ħalli ma tikkontaminax l-ikel.
-
Importanti li l-patata u l-basal ma jkunux fl-istess reċipjent sabiex ma jiħżinux.
-
Uża kontenituri li jingħalqu tajjeb sabiex ma ċċappasx ikel ieħor li jkollok fil-fridge jew fil-freezer.
-
L-ikel irid jiġi ppriservat fit-temperatura ideali għalih.
-
Il-ħaxix irid jiġi maħsul f'kontenitur ta' 900ml ilma u 100ml ħall.


We Picnic Responsibly
April 2109
Nhar l-10 t'April 2019 il-Kumitat EkoSkola attenda għall-attività We Picnic Responsibly, organizzata mill-EkoSkola: follow-up tal-proġett We Eat Responsibly.
L-għan ta' din l-attività kien li nqajmu kuxjenza dwar in-neċessità li nħarsu l-ambjent. L-istudenti ġew imħeġġa':
-
iġibu ikel lokali, staġjonali imkabbar b'mod organiku
-
inaqqsu l-iskart organiku
-
nevitaw
-
l-iskart mill-imballaġġ
Waqt l-attività l-istudenti ħadu sehem f'dawn l-inizjattivi:
-
ipparteċipaw f'logo competition
-
book swap
-
logħob:We Eat Responsibly
-
iħawlu l-pjanti
-
pocket garden