
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Attivitajiet
Turu t-turist
2015
L-istudenti tat-tielet sena kellhom opportunità li jitgħallmu dwar il-ħarsien tal-ambjent ma’ Turu t-Turist. Turu ġie mistieden l-iskola tagħna sabiex jgħallimna b’mod interattiv dwar l-importanza tal-indafa ta’ madwarna. Tgħallimna dwar il-kuluri tal-kontenituri tal-iskart u kif għandna nisseparaw l-iskart.


Earth Hour
2016
L-għan ta’ din l-attività hu li kemm il-membri tal-istaff kif ukoll l-istudenti, isiru iktar konxji dwar kemm nistgħu niffrankaw enerġija f'siegħa. Insibu mezz ieħor kif inqattgħu siegħa mingħajr ma neħlu dawl u eventwalment niffrankaw iktar enerġija elettrika.
Ġimgħa qabel ma saret din l-attività bgħattna imejl lill-istaff kollu tal-iskola sabiex isegwu din il-proċedura:
1. Il-Membri tal-Kumitat tal-EkoSkola se jaqraw il-metre tad-dawl.
2. Se ndoqqu l-qanpiena bħala sinjal sabiex kulħadd jitfi kull apparat elettriku.
3. Itfu d-dwal, il-laptop, l-white board u kull apparat elettriku li jkollkom mixgħul.
4. Il-Membri tal-Kumitat se jimmonitorjaw il-klassijiet sabiex jiżguraw li kollox huwa mitfi waqt l-Earth hour.
5. Wara siegħa il-qanpiena se tindaqq mill-ġdid. Tistgħu terġgħu tixegħlu d-dawl.
6. Il-Membri tal-Kumitat se jaqraw il-metre tad-dawl f’ġurnata oħra sabiex nikkumparaw kemm qegħdin naħlu dawl f’siegħa.
Going Green
2014
Tfal mill-klassi tat-tieni sena xtaqu jqajmu kuxjenza dwar l-importanza li nnaqsu l-iskart u nirreciklaw flok narmu ċertu affarijiet. Huwa xtaqu jwasslu l-messaġġ tagħhom lill-komunità billi jtellgħu reċta informattiva qasira f’Jum iċ-Ċelebrazzjoni fejn tkellmu fuq dawn il-punti:
-
Reduce: innaqsu l-iskart billi nużaw kontenituri flok boroż tal-karti u tal-plastic.
-
Reuse: nerġgħu nużaw l-oġġett qabel narmuh jew nirriċiklawh.
-
Recycle: Nisseparaw l-iskart sabiex xi prodotti jkunu jistgħu jiġu rriċiklati.


Nieħdu ħsieb l-ambjent
2014
L-iskola l-għalliema jqajmu ħafna kuxjenza dwar l-ambjent. It-tfal ħassew il-bżonn li jwasslu messaġġ anki lill-kbar għax sfortunatament il-kbar mhux dejjem jibżgħu għall-ambjent u saħansitra tara xi uħud iħammġu billi jarmu l-iskart barra. It-tfal tat-tielet u tar-raba' sena tellgħu reċta dwar l-ambjent ta’ madwarna, kif ukoll il-ħarsien tal-baħar. Fiha użaw is-simbolu ta’ dinja marida minħabba l-pollution kontinwu li qegħdin nikkaġunaw.


Plant a tree for Peace
2015
It-tfal tat-tielet sena marru ħarġa bit-tema Plant a tree for Peace fejn ġew mgħallma dwar pjanti indiġeni u l-importanza tagħhom. Din l-attività saret fil-park naturali ta' Xrobb l-Għaġin. Hawnhekk it-tfal kellhom l-opportunità li jiżirgħu żrieragħ fi qsari bħala simbolu tal-imħabba tagħhom lejn l-ambjent li minnu tant ilkoll niddependu. Għamlu dan il-ġest tant sabiħ ma' numru kbir ta' studenti oħra madwar id-dinja biex jiċċelebraw id-diversità u t-tolleranza. F'dinja mimlija konflitti u gwerer, iż-żerriegħa hi simbolu ta' tama għal futur aħjar.


It-tfal ingħataw ukoll informazzjoni minn pumpiera li kienu preżenti b'vettura tat-tifi tan-nar, dwar x'jista' jikkawża n-nar fil-kampanja u x'għandhom jagħmlu f'każ ta' ħruq. Żgur li kienet esperjenza pożittiva għat-tfal tagħna.


Manikata
2016
It-tfal tat-tieni sena kellhom ħarġa edukattiva l-Manikata. It-tfal kellhom l-opportunità li jaraw xi annimali li jgħixu ġo razzett bħal: nagħaġ, ħrief, ħmar, paguni u tiġieġ.




Il-gwida li ħadet lit-tfal madwar il-post spjegat dwar il-prodotti li nagħmlu mill-annimali: eż. mill-ħalib nagħmlu il-ġbejniet. Hi spjegat li llum m'għadniex nużaw is-suf tan-nagħaġ sabiex ninsġu l-kutri u l-ħwejjeġ. Il-bidwi juża s-suf biex jagħmel ċrieki madwar z-zokk tas-siġra taż-żebbuġ sabiex jipproteġiha mill-pesti minflok juża l-pestiċidi.
It-tfal raw ukoll xi frawli miżrugħin li kienu mgħottijin bil-plastik iswed u trasparenti. Tgħallmu li l-plastik iswed jżomm il-frawli nadif filwaqt li jżomm id-dawl milli jidħol fil-ħamrija u jnaqqas l-possibiltà li jikber ħaxix ħażin li jagħmel ħsara l-pjanti tal-frawli.
Peress li meta jkun possibbli tintuża l-biedja organika, l-ekosistema tiġi kkonservata u t-tfal kellhom iċ-ċans li jaraw kamaleonte.

It-tfal qagħdu jieklu ħobż Malti, li ġew mogħtija minn hemmhekk stess, filwaqt li qagħdu jgawdu s-sbuħija tal-kampanja Maltija.

Ħarġa Edukattiva:
Marsaxlokk
2016
Il-klassijiet tal-ħames sena għamlu riċerka dwar it-tema tas-sajd bħala mezz ta' għixien għal diversi ħaddiema Maltin. Matul din it-tema l-istudenti saru familjari dwar is-sajd tal-lampuki, l-inġenji u l-għodod li jintużaw mis-sajjieda kif ukoll id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom is-sajjieda.
Issir ukoll il-lezzjoni dwar it-trobbija tal-ħut permezz tal-akwakultura. Peress li din it-tema hija marbuta b'mod speċjali mar-raħal ta' Marsaxlokk, l-istudenti jżuru dan ir-raħal u jsir ukoll fieldwork li huwa parti mill-eżami li jkollhom f'dan is-suġġett.
Matul il-fieldwork l-istudenti jaraw b'għajnejhom dak kollu li nkunu ddiskutejna fil-klassi u anki jistaqsu xi informazzjoni b'mod dirett lis-sajjieda li jkunu qed jaħdmu fuq id-dgħajjes tagħhom.



Civic Amenity Site
2015
L-istudenti tas-sitt sena żaru s-Civic Amenity Site fejn hemmhekk kellhom l-opportunità li jaraw fejn jintrema l-iskart li jista’ jiġi reċiklat u utilizzat mill-ġdid. Fis-sit l-istudenti setgħu jaraw li l-iskart jinġabar f’kontenituri differenti. Meta wieħed imur jarmi xi oġġetti jrid jitfagħhom f’kontenitur apposta sabiex l-iskart ta’ kull kontenitur ikun separat.


Miguel Caruana kiteb il-ħsibijiet tiegħu rigward dak li tgħallem waqt iż-żjara li għamel flimkien ma' sħabu s-Civic Amenity Site u l-WasteServ.

Sessjonijiet tal-Għawm
2015
Kull sena norganizzaw sessjonijiet tal-għawm għall-istudenti tal-ħames sena. Dawn is-sessjonijiet huma importanti għax l-istudenti jitgħallmu jgħumu sew ma' istruttur professjonist. Barra minhekk l-istudenti jżommu ruħhom b'saħħithom permezz tal-eżerċizzju fiżiku li jkunu qed jagħmlu fil-pixxina.



Fun Run & Sports Day
Malli l-Fun Run tiġi fi tmiemha, nerħulha kollha lejn il-grawnd sabiex inqattgħu ġurnata nilagħbu logħob addattat għal kull età.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
2015
Kull sena norganizzaw ġurnata ddedikata għall-isport. Din il-ġurnata tkun speċjali għaliex tibda bil-Fun Run madwar it-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ. F'din l-attività jieħdu sehem ukoll bosta ġenituri.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
It-tfal tal-Kinder kull sena jmorru l-isports Complex tal-Cottonera fejn jieħdu sehem f'logħob addattat għall-età tagħhom.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
2016
Din is-sena erġajna organizzajna ġurnata ddedikata għall-isport. Bdiet bil-Fun Run madwar it-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ fejn għal darb'oħra kellna sehem attiv mill-ġenituri. Wara l-Fun Run il-grawnd sabiex it-tfal jieħdu sehem f'logħob addattat għall-età tagħhom.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Novembru 2016
L-iskola tagħna din is-sena kibret u ġiet irrinnovata. Nistgħu ingawdu minn bitħa kbira fejn it-tfal jistgħu jilagħbu f'post iktar komdu. Għal daqstant iddeċidenja li minflok immorru l-grawnd nagħmlu l-isports day l-iskola tagħna stess.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Year 3 - Healthy Breakfast
It-tfal tat-tielet sena flimkien ma’ xi ġenituri attendew għal seminar fl-iskola primarja ta’ Birkirkara fejn ingħataw informazzjoni dwar x’inhu kolazzjon bnin.
Is-seminar beda b’reċta qasira minn żewġ għalliema li kienu fi rwol ta’ żewġt itfal li qed jiddeċiedu x’għandhom jieħdu bħala kolazzjon. Waqt din ir-reċta t-tfal kellhom parteċipazzjoni attiva fejn taw l-opinjoni tagħhom ta’ x’inhu kolazzjon bnin.
Parti li intogħġbot ħafna mit-tfal kien meta ħadu kolazzjon waqt is-seminar stess. Qabel ma bdew jieklu, t-tfal ingħataw l-opportunità li jitgħallmu xi regoli li wieħed għandu josserva waqt li jkun qiegħed bilqiegħda mal-mejda bħal eżempju ma jilagħbux fil-pożati u li m’għandhomx jitkellmu bl-ikel f’ħalqhom. Fost l-ikel li ingħatalhom kien hemm tipi differenti ta’ ċereali (li għandu anqas minn 15-il gramma zokkor) bil-ħalib kif ukoll jogurt bil-frott.
Waqt is-seminar it-tfal ħadu sehem f’logħob interattiv, logħob fejn it-tfal għażlu l-ikel li hu tajjeb u ħażin għas-saħħa, kant u żfin fost oħrajn. It-tfal tgħallmu wkoll kif għandhom jagħżlu pakkett ċereali li hu tajjeb għal saħħithom billi jaqraw l-informazzjoni nutrittiva li jkun hemm fuq il-kaxxa taċ-ċereali stess.
Sa kemm it-tfal kienu qed jieħdu sehem fl-attivitajiet, il-ġenituri u/jew nanniet li attendew għas-seminar kien qed jiġu mgħarfa liema ikel hu l-aktar bnin għalihom u għat-tfal tagħhom. Lejn l-aħħar tas-seminar, il-ġenituri u/jew nanniet kienu wkoll mistiedna jidħlu fil-klassijiet mat-tfal fejn ħadu sehem f’attività flimkien mat-tfal.
Fl-aħħar tas-seminar, it-tfal ingħataw ċertifikat bħala rikonoxximent tal-attendenza u parteċipazzjoni tagħhom.














Ms. Marquita Zammit & Ms. Jackie Abela
Health and Safety Teachers
Health and Safety - First Aid Awareness
Talk for Parents
2016
The theme chosen for this talk was First Aid Awareness, during which the Health and Safety Teachers gave a brief idea of the subjects that operate in the area of First Aid. The topics discussed during the talk were the following: bleeding, burns, choking, poisons, CPR, epilepsy and the contents of the First Aid Kit. During the talk the parents were given a brief description about the topics mentioned above and were given important information about the kind of first aid that need to be applied in specific cases.
The attendance was very satisfactory as a numerous number of parents turned up for the talk. The parents/guardians were very involved and asked several questions on each and every topic. Furthermore, they also spoke about their own personal experiences.
Since it is necessary to become knowledgeable with regards to First Aid, the parents/guardians were also informed that there are other courses which are available should they wish to broaden their views on certain topics.


X'hemM? il-Forti 2016
2016
While visiting fort Saint Elmo, which is part of the Social Studies' syllabus, the children learnt Maths and Science in a great way. We began by shooting arrows at dummies (Knights vs Turks) and finding out which material is best from nylon, string, rubber as the distance of each shot was measured. Defensive walls were made of recycled cartoons. We then saw part of the war museum were the lesson turned mathematical again as the children were given hints on what to look for and how particular problems had to be worked out. After having a break, we went to a room where children had to predict which angle (30% 45% or 60%) is better to shoot canons. These canons were made out of pvc pipes and half litre water bottles which worked when the rubber band was stretched and let go to shoot a small ball of rounded paper. Finally there was a lesson involving pullies and how is best to transport items from one place to another.








Ħaġar Qim Temples
2016
The fieldwork was preceded by a video on Haġar Qim describing what we are about to see and interesting facts on this temple. Lessons were carried out during the two/three weeks prior to the fieldwork on the aforementioned temples were after checking if the children had ever visited the place, they were asked questions to see what they new/thought and then they learnt what really happened.
On the day, the coach took us to Haġar Qim. We saw a 4d video about the excavations/building of the temples. Children really enjoyed this, as they saw images coming out towards them and felt water rush during the pouring rain. After removing their 3d glasses, the children followed my instructions to look up the information that lay on boards around the museum and write it down on their booklet.




Eżercizzju Bżonjuż u Ikel Sustanzjuż
2016
L-istudenti tal-Ħames sena wasslu messaġġ importanti lill-ġenituri waqt Jum iċ-Ċelebrazzjoni. Fost il-punti li qajmu l-istudenti kienu:
1. Nieklu ikel bnin bħal ħaxix u frott kuljum;
2. Nixorbu ilma frisk;
3. Nagħmlu eżerċizzju fiżiku regolarment.
L-istudenti ħajru lill-ġenituri tagħhom sabiex huma ukoll jagħmlu l-parti tagħhom billi jieklu u jsajru iktar ikel bnin.
Waqt l-aħħar kanzunetta l-ġenituri ġew mistiedna jipparteċipaw billi jiċċaqalqu mal-kanzunetta. L-għan ta' din l-attività kien li jħajru lill-ġenituri tagħhom jagħmlu iktar eżerċizzju fiżiku.





* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Health and Safety Day
2018
Il-Kunsill tal-istudenti organizza Health and Safety Day għat-tfal kollha tal-iskola. Ġew mistiedna wardens mil-LESA, il-Fire Brigade u d-Dog Squad. L-għan ta' din l-attività kien li nagħtu edukazzjoni ħolistika lill-istudenti tal-iskola tagħna. It-tfal tgħallmu dwar l-importanza li nsegwu r-regolamenti tat-traffiku, ix-xogħol siewi li jwettqu l-ħaddiema tat-tifi tan-nar u kif jiġu mgħallmu l-klieb tal-pulizija. L-istudenti u l-istaff tal-iskola kienu entużjasti ħafna u pparteċipaw bi ħġarhom waqt din l-attività.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Ir-Rebbiegħa
2017-2018
Waqt Jum iċ-Ċelebbrazzjoni l-istudenti tal-ħames sena tellgħu reċta bit-titlu Ir-Rebbiegħa. It-tema ewlenija hija l-ħarsien tal-ambjent. Fin-natura jgħixu ħxejjex, annimali u nsetti li rridu nħarsu u nieħdu ħsiebhom. Fil-ġranet kesġin tax-xitwa ħafna nsetti jorqdu, filwaqt li fir-rebbiegħa nibdew naraw il-qawmien tan-natura li tibda tieħu l-ħajja hekk kif l-ambjent jibda jisħon.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Il-Buskett
2017-2018
Il-klassijiet tat-tieni sena marru jagħmlu flieldwork tax-Xjenza l-Buskett. Waqt din l-attività l-istudenti kellhom l-opportunità li jiġu f'kuntatt man-natura. Huma tgħallmu dwar l-importanza li nħarsu l-ambjent u li nieħdu ħsieb il-ħlejjaq kollha mingħajr ma noqtlu nsetti jew inqaċtu xi pjanti.
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
Il-Manikata
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
2017-2018
Il-klassijiet tat-tielet sena marru ħarġa sal-Manikata. Malli waslu l-istudenti ltaqgħu ma' Ms Veronica, membru tal-grupp Koperativa Rurali Manikata.
Matul it-traġitt hi spjegat lit-tfal kollha dwar is-siġar, il-fjuri u l-insetti, li huma parti mill-kampanja Maltija. It-tfal ingħataw spjegazzjoni tajba ħafna dwar kif jikber il-frawli u u wara ttieħdu f'għalqa fil-qrib fejn il-frawli attwalment qegħdin jikbru. Matul il-ħarġa, l-istudenti ħawlu Ta' Ġerba Bean, li mbagħad inġiebet fil-klassi.
It-tfal kellhom ukoll l-opportunità li jitimgħu u jitgħallmu dwar xi annimali tipiċi Maltin li jinsabu fir-razzett bħat-tiġieġ, nagħaġ, fniek, mogħoż u ħmir.
Ħaġar Qim
* Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-islide show.
2017-2018
Il-klassijiet tas-Sitt Sena marru jżuru t-Tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Din il-ħarġa edukattiva kienet tinkludi fieldwork li l-istudenti kienu qed jagħmlu bħala parti mill-lezzjoni tal-Istudju Soċjali. Waqt din iż-żjara mhux biss ħadu informazzjoni dwar dawn it-tempji storiċi u uniċi iżda wkoll ġibdu xi ritratti tan-natura li raw madwarhom. L-istudenti tgħallmu dwar l-importanza li m'għandniex nikkalpestaw il-ħlejjaq u kemm jistgħu jkun ma nħawdux il-ħabibtat naturali li jgħixu fih.
Earth Hour
2019
Dis-sena erġajna ħadna sehem fl-Earth Hour bil-għan li nqajmu kuxjenza dwar in-neċessità li ma naħlux enerġija. Waqt din l-attività il-membri tal-Kumitat EkoSkola, flimkien mas-Supervisor Phillip Zerafa, tfew il-metres tad-dawl tal-iskola għal siegħa sħiħa. F'dan l-islideshow se taraw kif l-istudenti u l-għalliema setgħu jagħmlu użu tajjeb minn riżorsi oħra sabiex setgħu jitkomplew l-attivitajiet u l-lezzjonijiet.
Tfal jħawlu siġar u arbuxelli
2019
Illum, 21 ta’Novembru 2019, studenti mis-sitt sena tal-iskola tagħna flimkien mal-għalliema u membri tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ħawlu siġar u arbuxelli f’Wied Baqqiegħa li jinsab f'Ħaż-Żebbuġ. L-ewwel kellna introduzzjoni fuq il-wied u fuq x’nistgħu nħawlu fil-widien ta' madwarna, imbaghad ħawwilna siġar u pjanti flimkien. Kienet esperjenza sabiħa u unika fejn tgħallimna u ħadna gost flimkien f'temp mill-aqwa biex ngawdu sbuħija li taf toffri in-natura ta’ madwar ir-raħal tagħna.