
Kulleġġ San Injazju
Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ


Riżulati tal-Awditjar Ambjentali: Tniġġiż tal-Baħar
Riżultati tal-Kwestjonarju mill-1 sat-3 sena
1) Taf xi tfisser tniġġiż tal-baħar? Iva - 55 Le - 114
2) Ġieli rmejt xi plastik jew affarijiet oħra fil-baħar? Iva - 77 Le - 92
3) Liema prodotti tuża kuljum?
a) Boroż tal-plastik 96
b) Fliexken tal-plastik 121
ċ) Tazzi tal-plastik 82
d) Straws tal-plastik 86
4) Kont taf li l-plastik jagħmel il-ħsara lill-ħut li jgħix fil-baħar? Iva - 147 Le - 23
Riżultati tal-Kwestjonarju mir-4 sas-6 sena (101 risposti)
1) Taf xi tfisser tniġġiż tal-baħar? Iva - 37 Le - 61
2) Ġieli rmejt xi plastik jew skart ieħor fil-baħar? Le - 98
3) Immarka liema prodotti tuża kuljum? Aqra sewwa l-lista tal-prodotti u mmarka minn 1 sa 4: 1. Nużahom ħafna.2. Nużahom ta' spiss.3. Nużahom ftit.4. Ma nużahom qatt.
1 2 3 4
a) Fliexken tal-plastik 30 23 37 9
b) Boroż tal-plastik 15 32 46 17
ċ) Straws tal-plastik 8 13 46 29
4) Taf li l-plastik jagħmel il-ħsara lill-kreaturi tal-baħar? Iva - 97 Le - 3
5)Smajt bis-sistema l-ġdida tas-separazzjoni tal-iskart 'SORT IT OUT'?
Iva - 89 Le - 11
6) Jekk IVA inti u l-familja tiegħek qegħdin tisseparaw l-iskart skont din is-sistema?
Iva Le Ta' spiss Mhux dejjem
77 6 7 9
7) Tixtieq li l-iskola tagħna tagħmel iktar affarijiet biex inkomplu ntejbu s-separazzjoni tal-iskart?
Iva - 97 Le - 1
Riżultati tal-Kwestjonarju tal-ġenituri (102 risposti)
1) Taf x'nifhmu bil-frażi 'Tniġġiż tal-baħar'? Iva - 100 Le - 2
2) Ġieli rmejt xi plastik jew skart ieħor fil-baħar? Iva - 6 Le - 96
3) Ġieli rmejt xi plastik jew skart ieħor li seta' tkaxkar fil-baħar (eż. skart li jinġema' waqt barbikju)?
Iva - 9 Le - 93
4) Immarka liema prodotti tuża kuljum?Aqra sewwa l-lista tal-prodotti u uża l-iskala minn 1 sa 4 biex twieġeb skont kemm tagħmel użu minnhom. 1. Nużahom ħafna.2. Nużahom ta' spiss.3. Nużahom ftit.4. Ma nużahom qatt.
1 2 3 4
a) Boroż tal-plastik 37 38 25 2
b) Fliexken tal-plastik 52 30 18 0
ċ) Straws tal-plastik 9 5 55 32
d) Deterġenti 64 33 5 0
e) Mobile jinżamm jiċċarġja lejl sħiħ 38 21 30 12
5) Taf li l-plastik qed jaffettwa b'mod ħażin lill-kreaturi tal-baħar? Iva - 102 Le - 0
6) Kont taf li t-tniġġiż tal-arja jagħmel ħsara lil ħlejjaq tal-baħar? Iva - 72 Le - 30
7) Għandek informazzjoni biżżejjed dwar is-sistema l-ġdida ta’ kif qed isir is-separazzjoni tal-iskart?
Iva - 96 Le - 5
8) Jekk IVA qiegħed/qiegħda tissepara l-iskart skont is-sistema kif ġiet implimentata issa?
Iva Le Ta' spiss Mhux dejjem
86 1 11 1
9) Tixtieq li l-iskola tagħna tieħu sehem f’kampanja biex innaqqsu t-tniġġiż tal-baħar?
Iva - 101 Le - 1
10) Agħti xi ideat jew suġġerimenti dwar kif nistgħu nnaqqsu t-tniġġiż fil-baħar?
-
Importanti li nsibu użu alternattiv flok il-plastik.
- Innaqsu l-plastik billi nuzaw sistema ta' reverse osmosis.
- Jintużaw boroż tal-karti u fliexken tal-ħġieg minflok tal-plastic. Nergġħu mmorru
għall-fliexken tal-ħġieg b'valur għax kulħadd kien jiġborom. (4)
- il-kumpaniji għandhom jibdew jipproduċu l-affarijiet li nixtru f'materjal alternattiv flok
dak tal-plastik.
- Jiġu mwaqqfa l-basktijiet tal-plastik kompletament. (3)
- Nieħdu basket tad-drapp magħna meta mmorru nixtru. (4)
- Il-ħalib għandu jitqassam lit-tfal fit-tazza u mhux f'pakkett bi straw.
- Neliminaw kompletament il-plastic li jintuza darba biss (disposable) għax jispiċċa
jintrema jew itir fit-toroq tagħna u jispiċċa l-baħar. Nużaw boroż u basktijiet li
għandna d-dar u li jistgħu jerġgħu jintużaw.
-
Noqogħdu attenti x'affarijiet nużaw ta' kuljum u fejn narmuhom.
-
Multi serji għal min jinqabad iħammeġ u jitfa' skart fil-baħar u jsiru iktar spezzjonijiet. (12)
-
Aktar kontenituri fejn jintrema l-skart ħdejn il-baħar. (15)
- Kiosks ħdejn il-baħar għandu jkollhom bins apposta skont l-iskart.
-
Jiġu impjegati iktar nies, spejċalment fis-sajf, li jnaddfu l-bajjiet. (6)
-
Ma nħallux skart warajna meta mmorru ħdejn il-baħar. (9)
-
Jinġabar l-iskart mill-bajjiet li jkun daħal bil-kurrent. (5)
-
Ma jintremhiex skart fil-bajjiet. (11)
-
Iktar kawtela fuq skart fejn il-baħar u għandu jinġabar spiss aktar. (5)
-
Billi nirriċiklaw kemm nistgħu l-iskart biex ma jispiċċax fil-baħar.
-
L-ilma mniġġes jissaffa u jerġa' jintuza għall-agrikultura.
-
Dgħajjes ma jarmux fil-baħar...biżżejjed jużaw petrol u diesel.
-
Jintużaw dgħajjes mingħajr magna ħalli jitnaqqsu d-dħaħen mill-baħar u aktar għarfien fuq il-midja soċjali fuq dan is-suġġett.
-
Iktar tagħlim, li għandu jibda minn età żgħira, fl-iskejjel dwar dan is-suġġett.
-
Ħarġiet edukattivi fejn il-baħar li jwasslu għal aktar attivitajiet biex it-tfal inaddfu il-bajjiet. B'hekk jiftakru li dak li jarmu mal-art iridu jiġbruh. (2)
-
Għandha tkun responsabbiltà ta' kull persuna li nżommu barra nadif bħal ma nżommu nadif fid-dar tagħna! (2)
-
Nagħmlu kampanja biex fil-ħwienet tal-kafe u bars ma jibqgħux jintużaw stirrers u kuċċarini tal-plastik.
-
Iktar riklami u posters ħdejn il-baħar dwar is-suġġett sabiex nedukaw iktar lin-nies. (3)
-
Aktar avvizi biex n-nies ma jarmux skart fil-baħar u informazzjoni fuq il-media biex inqajmu l-kuxjenza tal-pubbliku. (2)
-
L-iskart fl-iskola jintrema iktar b'mod riċikabbli u t-tfal ikunu huma stess li jarmu affarijiet riċikabbli fil-bring in sites.
-
L-iskola tista' torganizza clean-up day fuq xi bajja partikolari fejn l-istudenti jkunu jistgħu jiġbru l-iskart minn fuq il-bajja u jisseparawh kif suppost u b'hekk jevitaw li dak l-iskart jispiċċa jitkaxkar lejn il-baħar. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li attivitajiet simili f'ċertu lokalitajiet bħal per ezempju, Il-Bajja tal-Mixquqa (Golden Bay) jeħtiegu permessi specifici mill-ERA minħabba li dawn huma bajjiet protetti bħala Natura 2000 sites (SAC)s. Dawn il permessi jistgħu jinkisbu billi tiġi sottomessa applikazzjoni iffirmata flimkien ma site plan u method statement minn ta l-inqas 30 ġurnata qabel id-data tal-attività. Dan għaliex dawn il-permessi jieħdu l-hin tagħhom biex jiġu ipproċessati. L-applikazzjoni tista' tinkiseb minn fuq is-sit tal-ERA (www.era.org.mt.)